Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Titjib fil-kundizzjonijiet tal-impjegati tal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta bl-iffirmar ta’ ftehim kollettiv ġdid

pr230613
Date Icon 28/04/2023

Ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta u l-UĦM – Voice of the Workers. Dan il-ftehim kollettiv se jwassal biex il-ħaddiema tal-Arkivji Nazzjonali jibbenefikaw minn żidiet fil-pagi u benefiċċji oħra.

L-iffirmar tal-ftehim ġie ppresedut mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici.

Il-Ministru Bonnici spjega kif dan il-ftehim kollettiv hu pass importanti sabiex l-ispeċjalizzazzjoni tas-settur arkivistiku u ta’ amministrar ta’ rekords tkun imħarsa u promossa.

“Dan il-ftehim kollettiv mhuwiex biss għodda finanzjarja, għalkemm din hija importanti wkoll. Se naraw li dan il-ftehim kollettiv ikompli jiżviluppa il-qasam arkivistiku ta’ pajjiżna u l-kontribut kbir li dan qed jagħti biex tkun imħarsa il-memorja u l-identità ta’ Malta,” ikkonkluda l-Ministru Bonnici.

Għall-iffirmar tal-ftehim kollettiv il-ġdid attendew ukoll is-Segretarji Permanenti Joyce Dimech u Joyce Cassar, kif ukoll Christopher Darmanin u  Mario Grixti min-naħa tal-Industrial Relations Unit u l-ħaddiema tal-Arkivji Nazzjonali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Titjib fil-kundizzjonijiet tal-impjegati tal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta bl-iffirmar ta’ ftehim kollettiv ġdid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Titjib fil-kundizzjonijiet tal-impjegati tal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta bl-iffirmar ta’ ftehim kollettiv ġdid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Titjib fil-kundizzjonijiet tal-impjegati tal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta bl-iffirmar ta’ ftehim kollettiv ġdid
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow