Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Mini European Assembly fil-Parlament ta' Malta

pr230611
Date Icon 28/04/2023

David Agius M.P., id-Deputat Speaker tal-Kamra tad-Deputati, mexxa s-Sezzjoni Finali tal-Mini European Assembly fil-Parlament ta' Malta.  Bħas-snin l-imgħoddija, din il-laqgħa ġiet organizzata minn National Student Travel Foundation (NSTF).  Matul din il-laqgħa, il-parteċipanti żgħażagħ iddiskutew kif tista' tissaħħaħ id-demokrazija fl-Ewropa.

F'kelmtejn tal-okkażjoni, id-Deputat Speaker spjega kif il-protagonisti f'demokrazija jużaw l-arti tal-perswazzjoni biex jaslu għall-aħjar mod kif huma  jmexxu tajjeb lil pajjiżhom.  Hu saħaq fuq il-kwalitajiet sbieħ u neċessarji li għandu jkun imżejjen bihom persuna li trid tkun ta' servizz tajjeb lis-soċjetà.  Din il-persuna trid tkun:

  • Altruwista, ta' imġieba tajba u affidabbli;
  • Tqies il-ġid u l-interess komuni qabel kull interess ieħor;
  • Tagħraf id-dmirijiet tagħha u twettaqhom sew;
  • Tnissel fiduċja f'dawk ta' madwarha; u
  • Tħaddan prinċipji u valuri tajba.

B'referenza għal prinċipji u valuri tajba, id-Deputat Speaker semma' il-valuri Ewropej elenkati f'Artiklu 2 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, Lisbona, 2007.  Dan huma “ir-rispett għad-dinjità tal-persuna umana, it-tisħiħ tal-libertajiet tal-bniedem, l-ugwaljanza, id-demokrazija, is-saltna tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem."  Hu saħaq li fiċ-ċirkustanzi attwali, il-popli Ewropej għandhom jaħdmu biex jissaħħu l-valuri Ewropej u biex tiżdied il-fiduċja fil-proġett ta' integrazzjoni Ewropea bil-għan li tissaħħaħ aktar id-demokrazija, il-qagħda ekonomika u soċjali fl-Ewropa u biex il-popli Ewropej jgħixu flimkien fis-sliem.

Id-Deputat Speaker David Agius awgura liż-żgħażagħ partecipanti li dan l-eżerċizzju tant siewi jkun għalihom esperjenza li tibqa tagħti l-frott tagħha fil-karrieri tagħhom biex hekk Malta tkun tistà tgawdi politiċi ta' kwalità għas-servizz taċ-ċittadini.

David Agius irringrazzja lill-NSTF għal din l-iniżjattiva tant nobbli.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Mini European Assembly fil-Parlament ta' Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Mini European Assembly fil-Parlament ta' Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Mini European Assembly fil-Parlament ta' Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Mini European Assembly fil-Parlament ta' Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow