Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Malta b’talba favur aktar investiment f’enerġija rinnovabbli

pr230610
Date Icon 28/04/2023

Malta ressqet talba lill-Kummissjoni Ewropea li fiha talbet biex jiġi aġġornat il-Pjan tagħha ta' Rkupru u Reżiljenza parti mill-Kapitolu RePowerEU biex pajjiżna jkompli jinvesti f'enerġija rinnovabbli. Dan l-aġġustament propost huwa fi ħdan il-parametri permessi mil-liġi.

L-investiment propost, li jammonta għal madwar €70 miljun jirrigwarda l-aġġornament u l-espansjoni tal-grid tal-elettriku; li jinkludi wkoll ħażna f'batteriji. Dan jista' jwassal għal żieda sinifikanti fil-kapaċità ta' ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli f'pajjiżna u l-ħażna ta' tali enerġija tfisser li tkun tista' tiġi użata f'sigħat fejn il-konsum tal-enerġija ma jkunx daqstant għoli.

Ir-riformi proposti jikkumplimentaw oħrajn fosthom ħidmet il-gvern biex tiżdied l-effiċjenza fl-għoti ta' permessi għal proġetti ta' enerġija rinnovabbli kif ukoll l-introduzzjoni ta' obbligu li jiġu installati pannelli solari fuq il-bjut u fuq bini ġdid

Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, Silvio Schembri qal li l-Pjan ta' Rkupru u Reżiljenza qiegħed ikun ta' għajnuna għan-negozji biex jagħmlu l-qalba diġitali, jinvestu f'tagħmir u apparat modern u jsiru proġetti b'enerġija effiċjenti. “L-għan tagħna huwa li nibqgħu għaddejjin u nwettqu aktar proġetti b'rispett sħiħ lejn l-ambjent ta' madwarna," saħaq il-Ministru Schembri.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett spjega kif il-Kummissjoni Ewropea għandha xahrejn sabiex tagħmel l-verifiki tevalwa t-talba ta' Malta. “Il-ħsieb tagħna hu li mill-Pjan ta' Rkupru u Reżiljenza nwettqu proġetti oħrajn favur l-enerġija u l-ambjent, elementi importanti f'dan il-programm deskritt anki mill-Kummissjoni Ewropea bħala l-aktar wieħed ambjentali ppreżentat minn fost l-Istati Membri," qal is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow