Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: B’ekonomija dinamika akkumpanjata minn investiment fin-nies, inkomplu ntejbu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema – il-Prim Ministru Robert Abela fil-Kunsill Nazzjonali tal-GWU

pr230609
Date Icon 27/04/2023

Il-ħolqien tal-opportunitajiet, l-għajnuna u l-investiment fin-nies u aktar riformi li bihom jissaħħu d-drittijiet fosthom tal-ħaddiema, jibqgħu tliet prinċipji li se jibqgħu jitħaddnu f’ħidmietna, kien il-messaġġ li fuqu bena l-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa mal-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-General Workers’ Union (GWU). 

Fil-Workers’ Memorial Building, il-Belt, il-Prim Ministru Robert Abela qal li pajjiżna jrid jibqa’ joħloq l-opportunitajiet li jgawdu minnhom il-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Qal li b’ekonomija dinamika li tkompli tikber nistgħu nibqgħu ntejbu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u nkomplu nimbuttaw il-mobbiltà soċjali.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li t-tkabbir ekonomiku jkompli jwassal għal progress soċjali akkumpanjat minn appoġġ sħiħ lill-ħaddiema fosthom b’deċiżjonijiet strateġiċi li qed jieħu l-gvern bl-għajnuna favur stabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija. “Din l-għajnuna hija l-ikbar miżura li qed jieħu l-gvern billi ma jitfax il-piżijiet fuq il-familji. Din hi politika li twieżen lill-membri tagħkom”, irrimarka l-prim ministru mar-rappreżentanti tal-ħaddiema hu u jinnota li din il-politika ta’ għajnuna li qed imexxi biha l-gvern trid tneħħiha l-oppożizzjoni. 

Il-prim ministru spjega wkoll li l-investiment fin-nies irid jibqa’ marbut ma’ ħidma oħra li tgħin fid-dħul tal-ħaddiema. Hawn irrefera għall-bosta miżuri mwettqa u msaħħa fosthom l-in-work benefit, li permezz mhux biss tat-twessigħ tiegħu iżda saħansitra żieda, ra mal-ħames darbiet aktar ħaddiema jgawdu mid-dħul tagħhom. Dan imqabbel ma’ ftit tas-snin ilu. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-in-work benefit se jkompli jitjieb fil-budgets li ġejjin kif imwiegħed fil-programm ta’ ħidma ‘Malta Flimkien’. Semma wkoll il-garanzija għat-tfal fosthom iż-żidiet fiċ-children’s allowance li diġà ngħataw u se jkomplu jingħataw.

Dwar il-ġustizzja soċjali u dik fis-settur tax-xogħol, il-prim ministru rrimarka għal aktar bidliet u riformi li qed jitwettqu biex ikomplu jissaħħu d-drittijiet tal-ħaddiema. Hawn semma t-tisħiħ fil-leave tal-ġenituri u tal-carers, ir-riforma tal-platform workers u t-twaqqif tal-Low Wage Commission, li l-għan tagħha hu li tagħmel reviżjoni tal-paga minima nazzjonali.

Il-Prim Ministru Robert Abela sema’ wkoll l-esperjenzi ta’ tant ħaddiema li l-membri tal-kunsill jirrappreżentaw u filwaqt li wassal kelma ta’ kuraġġ, apprezza ħidmet ir-rappreżentanti tal-ħaddiema li jaħdmu favur l-interessi tal-impjegati. Qabel l-indirizz fil-kunsill, li għalih attendew ukoll il-Ministri Silvio Schembri u Miriam Dalli, il-Prim Ministru Abela ltaqa’ mat-tmexxija tal-GWU u mas-segretarji ta’ taqsimiet rispettivi.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: B’ekonomija dinamika akkumpanjata minn investiment fin-nies, inkomplu ntejbu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema – il-Prim Ministru Robert Abela fil-Kunsill Nazzjonali tal-GWU
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow