Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Inwettqu Flimkien: Iffirmat ftehim bejn il-gvern u l-Freeport Terminal li se jwassal għal investiment ta’ kważi €104 miljun

pr230608
Date Icon 27/04/2023

Il-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet iffirma ftehim mal-Korporazzjoni tal-Freeport u l-Freeport Terminal li se jwassal għal investiment ta’ madwar €104 miljun, li filwaqt li se jara l-Freeport jibqa’ jkun port kummerċjalment b’saħħtu, se jkun qed iħares l-interessi tar-residenti tal-akkwati. Dan ħabbru l-Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet, Silvio Schembri.

Dan il-ftehim se jagħti bidu għall-ewwel espansjoni tal-Freeport f’20 sena u se jestendi l-moll tat-Tramuntana f’Terminal Two b’176 metru u dak tal-Punent b’195 metru għal total ta’ 30,000 metru kwadru ta’ art ġdida, biex b’hekk jiżgura li l-faċilità tkun tajba għal vapuri ġodda li jaħdmu b’LNG u l-Freeport ikun jista’ jorbot dawn il-vapuri aktar ’il barra miż-żona residenzjali.

Marbut ma’ dan il-ftehim hemm ukoll numru ta’ kundizzjonijiet li l-gvern innegozja għall-benefiċċju tar-residenti ta’ Birżebbuġa u tal-madwar. Fil-fatt, se titneħħa kull possibbiltà li jitpoġġew krejnijiet fuq West Quay Terminal 1 li huwa l-aktar moll viċin in-nies. Kwalunkwe attività ta’ roll-on roll-off ma tistax tibqa’ ssir f’ħinijiet tard billejl jew fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, sabiex jitnaqqsu dejjem iktar l-inkonvenjenti għar-residenti tal-madwar. 

Barra minn hekk, il-Malta Freeport Terminals se tagħti kontribuzzjoni addizzjonali ta’ €300,000 bħala parti mill-Corporate Social Responsability (CSR) tal-kumpanija biex jintużaw għal skopijiet soċjali f’Birżebbuġa.

Il-Ministru Silvio Schembri qal li dan huwa proġett li flimkien mal-proġett tax-shore-to-ship fil-Port Ħieles li ħa jippermetti li l-vapuri jitfu l-magni tagħhom u jqabbdu dirett mal-elettriku, ħa jgħolli l-livell tal-operat tal-Port Ħieles f’pajjiżna filwaqt li jkompli jnaqqas l-element ta’ inkonvenjenza għar-residenti tal-madwar. 

“Dan huwa l-mod kif nagħmlu l-politika li filwaqt li naraw li s-sorsi ekonomiċi tagħna bħalma huwa l-Freeport jibqa’ jkun b’saħħtu, dan nagħmluh bl-akbar rispett lejn ir-residenti tal-lokal ta’ Birżebbuġa,” qal il-Ministru Silvio Schembri.

L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Freeport, Alex Montebello, qal li, “Bl-estensjoni ta’ Terminal Two, kulħadd se jmur minn fuq; kemm it-terminal, li se tkun kapaċi jlaħħaq mal-akbar vapuri tal-kontejners fid-dinja b’effiċjenza massima, kemm ir-residenti ta’ Birżebbuġa, kif ukoll l-importaturi u l-esportaturi lokali li se jibbenefikaw minn aktar servizzi minn qatt qabel”.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Freeport Corporation, David Magro, irringrazzja lil dawk kollha involuti f’dan il-proġett u fakkar fl-impenn li għandha l-korporazzjoni biex tgħin lir-residenti ta’ Birżebbuġa, u kif dwar dan l-għan bħalissa għaddejja ħidma fuq parkeġġ ġdid għall-użu tar-residenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Inwettqu Flimkien: Iffirmat ftehim bejn il-gvern u l-Freeport Terminal li se jwassal għal investiment ta’ kważi €104 miljun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Inwettqu Flimkien: Iffirmat ftehim bejn il-gvern u l-Freeport Terminal li se jwassal għal investiment ta’ kważi €104 miljun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Inwettqu Flimkien: Iffirmat ftehim bejn il-gvern u l-Freeport Terminal li se jwassal għal investiment ta’ kważi €104 miljun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Inwettqu Flimkien: Iffirmat ftehim bejn il-gvern u l-Freeport Terminal li se jwassal għal investiment ta’ kważi €104 miljun
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow