Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 27 kuntistabbli ġodda jingħaqdu mal-Korp tal-Pulizija

pr230602
Date Icon 26/04/2023

27 rekluta ngħaqdu mal-Korp tal-Pulizija bħala kuntistabbli, wara li temmew b'suċċess il-kors ta' taħriġ għar-rekluti. It-taħriġ, li dam seba' xhur, tmexxa mill-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati u inkluda aspetti fiżiċi u akkademiċi.  Dan il-kors, li hu wieħed akkreditat fil-livell MQF4 mill-Awtorità ta' Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, se jwassal biex dawn il-kuntistabbli l-ġodda jibdew jagħtu servizz lill-komunità u lil pajjiżna.

B'kollox f'dan il-kors ġew mgħallma 63 suġġett bħal l-etika, id-diversità, il-liġijiet ta' Malta, regoli u proċeduri, investigazzjonijiet ta' reati bħal vjolenza domestika, abbuż tat-tfal fuq siti elettroniċi, offiżi sesswali u għarfien dwar is-saħħa mentali, fost oħrajn.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri saħaq mal-membri l-ġodda tal-Korp tal-Pulizija li l-uniformi l-ġdida tfisser il-fiduċja li l-poplu qed jislifhom.

“Deħlin fil-korp fi żmien fejn għaddejjin riformi biex il-Korp jilqa' għall-isfidi moderni. Riformi u tibdil li wasslu għal tnaqqis fir-rata tal-kriminalità u għal żieda fil-fiduċja tan-nies. Il-ġurament li ħadtu jfisser ukoll responsabbiltà kbira li se ġġorruha u ssarfuha b'għemilkom. Qisu li f'kull ħaġa li tagħmlu u bil-mod kif taġixxu tridu l-ewwel u qabel kollox tassiguraw il-ġid komuni. Huwa għalhekk li l-gvern qed jagħti l-għodda lill-Korp biex joffrilkom aktar taħriġ f'diversi oqsma," qal il-Ministru Camilleri.

Il-Ministru kompla jgħid li l-ġurament tal-ħatra hu biss il-bidu tal-karriera tagħhom f'korp fejn qed jersaq dejjem aktar qrib iċ-ċittadin fil-komunità biex joffri ambjent aktar sigur, ikun spalla ma' spalla maċ-ċittadin u jkun ta' ħarsien għal min huwa vulnerabbli.

Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, filwaqt li awgura lill-Pulizija l-ġodda, appellalhom biex minn issa 'l quddiem jagħrfu li qed jingħataw identità u li 24 siegħa kuljum ikunu denji tal-uniformi li ngħataw il-privileġġ li jilbsu llum għall-ewwel darba.

“Kunu kburin daqsi li tilbsu din l-uniformi sabiex b'ħidmietkom twettqu l-missjoni tal-Korp dik li nipprovdu servizz professjonali u fdat biex niżguraw pajjiż sikur bi sħubija mal-komunità," temm jgħid il-Kummissarju Gafà.

Matul iċ-ċerimonja tal-Erbgħa filgħodu, saret ukoll il-preżentazzjoni tal-premjijiet tal-aħjar żewġ rekluti fis-suġġetti akkademiċi (l-ewwel post Nathan Briffa; it-tieni post Ileisia Scicluna); u fis-suġġetti prattiċi (l-ewwel post Kevin Cachia; it-tieni post Daina Lee Camilleri).

Il-premju tar-rekluta l-aktar li ddistingwa ruħu matul il-kors u ngħata il-“PC Mark Farrugia Award", ingħata lil Kevin Cachia.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll il-Kmandant tal-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati, is-Sa. Karen Galea, ċ-Chairperson tal-Bord tal-Akkademja, l-Professur Raymond Mangion u d-Direttur tal-Istudji, l-Kaptan Reuben Lanfranco.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 27 kuntistabbli ġodda jingħaqdu mal-Korp tal-Pulizija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 27 kuntistabbli ġodda jingħaqdu mal-Korp tal-Pulizija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 27 kuntistabbli ġodda jingħaqdu mal-Korp tal-Pulizija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 27 kuntistabbli ġodda jingħaqdu mal-Korp tal-Pulizija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow