Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Aktar tnaqqis fir-rati ta’ deprivazzjoni materjali u soċjali, inkluż dik severa

pr230598
Date Icon 26/04/2023

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal jinnota b'sodisfazzjon l-aħħar ċifri ppublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li juru li fl-2022 kien hemm tnaqqis fl-għadd ta' persuni li jħossuhom imċaħħda materjalment u soċjalment, inkluż severament.

Skont l-NSO, minn sena għal oħra, dawn tal-aħħar niżlu bi kważi 2,000 persuna għal 25,370, tnaqqis ta' 0.5%.

Fl-istess waqt ir-rata ta' persuni mċaħħda materjalment u soċjalment naqset b'0.2% għal 49,298.

Dawn ir-rati jirriżultaw minn stħarriġ li jsir kull sena mill-NSO, msejjes fuq skeda ta' indikaturi mfassla mill-Unjoni Ewropea li nbidlet fl-2017 biż-żieda ta' indikaturi soċjali ma' dawk materjali.

Bil-metodoloġija l-ġdida, persuni jiġu kklassifikati bħala severament mċaħħda materjalment u soċjalment jekk jindikaw li ma jaffordjawx  seba' minn tlettax il-oġġett jew servizz li huma meqjusa materjalment jew soċjalment meħtieġa.  Minn naħa l-oħra, huma kkunsidrati mċaħħda materjalment u soċjalment (mhux severament) jekk iwieġbu li ma jifilħux għal spejjeż fuq ħames oġġetti jew servizzi.

Minkejja l-bidla fil-mod kif isir il-kejl fejn illum sar aktar rigoruż, hemm numru ta' kriterji li huma komuni fiż-żewġ metodoloġiji.  Għalhekk meta wieħed iħares lejn il-kriterji ta' deprivazzjoni materjali mill-2013 'l hawn, jista' jinnota titjib sinifikanti kif muri fit-tabella t'hawn isfel.  Dan l-aktar fit-tnaqqis ta':

  • Familji li ma jaffordjawx vaganza annwali ta' ġimgħa 'il bogħod mid-dar;
  • Familji li waqgħu lura fi ħlasijiet fuq self jew kirjiet, kontijiet tad-dawl u l-ilma u pagamenti oħra;
  • Familji li ma jaffordjawx ikla b'laħam, tiġieġ, ħut jew ikla ekwivalenti veġetarjana, ġurnata iva u oħra le;
  • Familji li ma jaffordjawx iżommu djarhom sħuna fix-xitwa; u
  • Familji li ma jaffordjawx spiża mhux mistennija ta' €770 jew aktar.

Meta wieħed jikkunsidra lil dawk imċaħħda materjalment bil-kejl l-antik, mill-2013 sal-2021 dawn naqsu minn 19.9% għal 8.9%, tnaqqis ta' 11 il-punt perċentwali jew aktar minn 37,000 persuna.  Dawk imċaħħda materjalment severament naqsu minn 10.2% fl-2013 għal 3.4% fl-2021,  tnaqqis ta' 6.8 punti perċentwali jew aktar minn 25,000 persuna.

Dawn iċ-ċifri juru li llum hawn anqas minn nofs tal-persuni mċaħħda materjalment li kien hawn fl-2013.  Fl-istess waqt illum hawn biss terz tal-persuni mċaħħda materjalment severament li kien hawn fl-2013.

Dan it-tnaqqis fil-faqar jispikka wkoll fi sfond Ewropew fejn l-istatistika tal-lum tkompli turi li fid-deprivazzjoni materjali u soċjali Malta għamlet progress sinifikanti kif muri fit-tabella t'hawn isfel.

Filwaqt li l-medja Ewropea bejn l-2014 u l-2021 niżlet b'7.8 punti perċentwali għal 11.9%, r-rata Maltija fl-istess perjodu niżlet bi 13.7 punti perċentwali għal 9.8% u fl-2022 niżlet għal 9.6%.  Dan il-progress jispikka aktar fit-tnaqqis reġistrat fl-għadd ta' persuni bejn l-2014 u l-2022, minkejja ż-żieda qawwija fil-popolazzjoni.

Dwar din l-istatistika tal-NSO, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon stqarr li wieħed irid iqis dawn iċ-ċifri fl-isfond tal-pandemija u l-gwerra fl-Ukrajna.

Huma kompla li din hija konferma oħra tar-resiljenza tas-sistema soċjali li qed tkun ħajt ta' sostenn għal firxa dejjem akbar tal-popolazzjoni. Hija konferma wkoll tal-għaqal tal-gvern li b'mod massiċċ qed jissussidja l-prezzijiet tal-enerġija u taċ-ċereali biex jipproteġi l-pajjiż minn kontijiet ogħla u jrażżan l-inflazzjoni, li b'hekk baqgħet fost l-anqas rati fl-Ewropa.

Il-Ministru Michael Falzon tenna li waqt dawn iċ-ċifri jagħmlulna kuraġġ, fl-istess ħin juru li minkejja l-progress li seħħ għad hemm nies li jeħtieġu l-għajnuna u għalhekk il-ħidma tal-gvern se tkompli biex,  b'miżuri u inizjattivi ġodda, tissaħħaħ dejjem aktar x-xibka soċjali ta' pajjiżna u tkompli titrażżan l-inflazzjoni.

Kriterji ta' Deprivazzjoni Materjali

2013

Popolazzjoni

ca 420,000

2022

Popolazzjoni

ca 520,000

Tnaqqis

%Numru ta' persuni%Numru ta' persuni%Numru ta' persuni
Familji ma jaffordjawx spiża mhux mistennija ta' €770 jew aktar23.095,22515.478,7287.616,497
Familji ma jaffordjawx vaganza annwali ta' ġimgħa 'il bogħod mid-dar55.9231,18333.3170,96522.660,218
Familji li waqgħu lura fi ħlasijiet fuq self jew kirjiet, kontijiet tad-dawl u l-ilma u pagamenti oħra12.551,8426.131,3176.420,525
Familji ma jaffordjawx ikla b'laħam, tiġieġ, ħut jew ikla ewkivalenti veġetarjana, ġurnata iva u oħra le15.363,4037.538,6127.824,791
Familji li ma jaffordjawx iżommhom djarhom sħuna fix-xitwa23.999,0137.638,75216.360,261
Familji ma jaffordjawx karozza3.012,2491.57,4391.54,810
Familji Imċaħħda Materjalment19.982,2538.9*45,012*11.037,241
Familji Imċaħħda Materjalment u Severament10.242,2103.4*17,098*6.825,112

* Ċifri għall-2021

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow