Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara waslu fi stadju avvanzat

PR230521
Date Icon 13/04/2023

Fi ftit tal-ġimgħat oħra, iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara se jerġa' jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pazjenti, b'dehra rinovata u b' iżjed servizzi għall-pazjenti tal-akwati. Dan b' investiment ta' €900,000 mill-Fondi tal-NDSF.

Waqt żjara fiċ-Ċentru tas-Saħħa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne osserva l-progress tax-xogħlijiet li jinsabu fi stadju avvanzat. Huwa ra kif permezz tar-rinovazzjoni, minbarra s-servizzi li diġà kienu offruti minn Birkirkara s' issa, inħoloq spazju għal kamra oħra għall-visti tat-tabib tal-familja, żona ġdida għat-trattament urġenti, se jiżdiedu s-servizzi tal-fiżjoterapija, u se jiġu introdotti servizzi ġodda tal-oftalmoloġija, tal-ġinekoloġija u tat-trabi f'dan l-istess Ċentru.

“L-investiment kontinwu fl-infrastruttura tas-servizzi tal-Kura tas-Saħħa Primarja qed jirfina l-kwalità tas-servizzi tas-saħħa mogħtija fil-komunità, li qed twassal biex iżjed persuni jirċievu l-kura rispettiva fil-pront u viċin darhom" stqarr id-Deputat Prim Ministru, li fakkar kif bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta' rinovar fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi ukoll.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kura tas-Saħħa Primarja, Roseanne Camilleri, sostniet li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara se jkun wieħed mill-iktar ċentri moderni tal-pajjiż, u li fih se tintuża s-sistema tal-Electronic Patient Record u b'hekk se jkompli jinqata' l-użu tal-files fiżiċi tal-pazjenti. Hija spjegat li dan ifisser li pazjent jista' jinqeda minn kwalunkwe Ċentru tas-Saħħa, fid-dawl li d-dettalji mediċi tal-individwu jkunu aċċessibbli miċ-Ċentri kollha u mhux neċessarjament miċ-Ċentru tad-distrett fejn jabita l-pazjent.

Id-Deputat Prim Ministru rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Kura tas-Saħħa Primarja tal-impenn kontinwu li juru, b' benefiċċju għall-pazjenti Maltin u Għawdxin.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara waslu fi stadju avvanzat
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara waslu fi stadju avvanzat
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow