Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Inwettqu Flimkien: Jibda x-xogħol tal-iskavar fuq is-sit tal-Blood Bank il-ġdid

pr230450
Date Icon 25/03/2023

Beda x-xogħol ta' skavar fuq is-sit taċ-ċentru l-ġdid tad-demm, ċelloli u tessuti f'San Ġwann, li ladarba jitlesta se jieħu post il-Bank Nazzjonali tad-Demm preżenti u li se jżid is-servizzi offruti lill-pubbliku f' dan il-qasam.

Is-sit, li hu mifrux fuq medda ta' erbat elef, mija u ħamsin metru kwadru, u li jinsab biswit l-Isptar Mater Dei, mistenni jitlesta fis-sena 2025.

Waqt żjara fuq is-sit ta' kostruzzjoni, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fisser kif dan iċ-ċentru se jkompli jżid mal-kullana ta' servizzi offruti lill-pazjenti Maltin u Għawdxin fil-qasam tas-saħħa. “Dan iċ-Ċentru se jservi biex nagħmlu proċeduri ġodda, inkluż tal-istem cell therapy għall-pazjenti li jkunu qegħdin jieħdu trattament qawwi għall-kanċer u kif ukoll inkunu nistgħu naħżnu u nippreparaw tessuti u organi li nistgħu nużaw imbad għad-donazzjoni," tenna d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.

Dan iċ-ċentru qed isir b'investiment ta' €30 miljun u huwa ko-finanzjat mill-fondi Ewropej, mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Unjoni Ewropea.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Inwettqu Flimkien: Jibda x-xogħol tal-iskavar fuq is-sit tal-Blood Bank il-ġdid
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Inwettqu Flimkien: Jibda x-xogħol tal-iskavar fuq is-sit tal-Blood Bank il-ġdid
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow