Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Inwettqu Flimkien: Organizzazzjoni prominenti fl-esports se tirriloka f’pajjiżna

pr230422
Date Icon 21/03/2023

Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri ħabbar li Furia, organizzazzjoni prominenti fid-dinja tal-esports, se tirriloka f'Malta.

Din l-organizzazzjoni, li twaqqfet fl-2017 u għandha strutturi fil-Brażil u l-Istati Uniti, u li hi waħda mill-aktar organizzazzjonijiet popolari fejn jidħlu kompetizzjonijiet tal-esports, se tkun qiegħda tirriloka it-tim tagħha CounterStrike f'pajjiżna.

Il-Ministru Schembri ħabbar dan waqt li llum żar l-ESL Pro League tournament, li issa jinsab fil-fażi finali u li qiegħed issir propju f'pajjiżna. “Emminna fil-potenzjal tal-esports għall-pajjiżna sa mill-bidu nett. Din hija industrija li globalment qed tlaħħaq il-$1.2 biljun u li qed tkompli tikber ta' kull sena. Għaldaqstant li jkollok kampjonat bħall-ESL Pro League jittella' propju f'pajjiżna, ikompli juri li Malta hija d-dar għall-eċċellenza fis-settur kollu tal-gaming," qal il-Ministru Silvio Schembri.

“Malta tibqa' kommessa lejn din l-industrija ekonomika ġdida, u nibqgħu nkunu ta' appoġġ lejn din l-industrija. Emminna li pajjiżna jista' jkun il-post ideali minn fejn jiġu organizzati kampjonati tal-esports jekk ikollna infrastruttura b'saħħitha u hekk kien," temm jgħid il-Ministru Schembri.

Ivan Filletti, is-CEO ta' Gaming Malta, tkellem fuq il-ħidma li ssir bejn Gaming Malta, l-Awtorità Maltija għal-Logħob, u s-settur privat biex joperaw f'armonija minn pajjiżna. Huwa semma wkoll diversi kumpaniji lokali li qegħdin jagħmlu isem għall-pajjiżna fid-dinja tal-esports.

Min-naħa tiegħu, l-ESL Pro League Commissioner Alex Inglot qal li dan it-tournament ilaħħaq mal-500,000 utent fl-istess ħin waqt il-logħob. Huwa spjega li t-tournament f'pajjiżna jdum għaddej sitt ġimgħat, bil-qofol tiegħu jintlaħaq din il-ġimgħa, u matul dawn is-sitt ġimgħat f'pajjiżna kien hawn 338 ġugatur u 145 membru tal-persunal għal dan it-tournament.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Inwettqu Flimkien: Organizzazzjoni prominenti fl-esports se tirriloka f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Inwettqu Flimkien: Organizzazzjoni prominenti fl-esports se tirriloka f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Inwettqu Flimkien: Organizzazzjoni prominenti fl-esports se tirriloka f’pajjiżna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow