Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Inwettqu Flimkien: Skema ta’ €15-il miljun għal xiri ta’ vetturi elettriċi

pr230419
Date Icon 21/03/2023

Tnediet skema ġdida ta' €15-il miljun għax-xiri ta' vetturi elettriċi ġodda mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett.

Din l-iskema għax-xiri ta' vetturi elettriċi ġodda, inklużi muturi ġodda, għall-individwi privati, organizzazzjonijiet mhux governattivi, negozji u kumpaniji privati, hija ffinanzjata mill-Pjan ta' Rkupru u Reżiljenza (RRP).

Din l-iskema għandha tgħin fix-xiri ta' vetturi elettriċi ġodda fil-Kategoriji L, M u N tal-UE, li jikkonsistu f'karozzi tal-passiġġieri, vannijiet, vetturi li jġorru l-merkanzija, minibuses, kowċis, quadricycles, muturi, u pedelecs, bil-għan li jitnaqqas in-numru ta' vetturi antiki b'mutur konvenzjonali mit-triq.

Il-Ministru Farrugia spjega li din l-iskema hija waħda minn ħafna li Transport Malta se tkun qed tniedi sabiex tippromwovi l-użu ta' vetturi aktar nodfa. “Permezz ta' din l-iskema qed naraw li nkomplu nimbuttaw 'il quddiem mezzi ta' trasport li huma ferm aktar ambjentalment nodfa. Dan huwa investiment dirett fin-nies hekk kif mhux biss qed noffrulhom għajnuna finanzjarja biex jibdlu l-vettura tagħhom, imma huwa wkoll investiment dirett li jwassal għal kwalità ta' arja aħjar. Ta' min ifakkar li s-settur tat-trasport huwa l-akbar kontributur fit-tniġġis tal-arja u b'hekk bħala Gvern se nkomplu ninvestu f'dan il-qasam," stqarr il-Ministru Farrugia.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li l-iskema tal-vetturi elettriċi ffinanzjati mill-Pjan ta' Rkupru u Reżiljenza, qed tgħin biex is-settur tat-trasport isir aktar sostenibbli u jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi privati tagħna. “Hemm allokati €50 miljun, mifruxa fuq tliet snin, fejn €15-il miljun ġew allokati fl-2022, €15-il miljun oħra qegħdin nallokawhom għal din is-sena u l-aħħar €20 miljun se jiġu allokati sal-aħħar tal-2024, bil-għan li aktar sewwieqa jagħmlu l-bidla lejn vetturi elettriċi," stqarr is-segretarju parlamentari.

Min-naħa tiegħu, iċ-Chief Officer – Land Transport fi ħdan Transport Malta (TM) Pierre Montebello qal li bħala regolatur tat-trasport f'pajjiżna, TM tinsab kommessa li toffri aktar opportunitajiet sabiex pajjiżna ikollu trasport aħjar u aktar ambjentalment sostenibbli. “Huwa propju għalhekk li nedejna din l-iskema u flimkien ma' inizjattivi oħra, inkluż dawk ta' trasport pubbliku b'xejn, TM qed tassigura li jkollna trasport aktar nadif, effiċjenti u sostenibbli f'pajjiżna," stqarr Pierre Montebello.

Applikanti li jissodisfaw il-kriterji ta' din l-iskema, jistgħu jkunu xtraw il-vettura mill-1 ta' Jannar 2023 'il quddiem. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq www.transport.gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Inwettqu Flimkien: Skema ta’ €15-il miljun għal xiri ta’ vetturi elettriċi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Inwettqu Flimkien: Skema ta’ €15-il miljun għal xiri ta’ vetturi elettriċi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow