Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Inwettqu Flimkien: Tirdoppja l-kapaċità taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni f’Marsaskala b’investiment multi-miljunarju

PR230418
Date Icon 21/03/2023

Bl-estensjoni taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni (DC) f'Marsaskala, l-Enemalta rdoppjat il-kapaċità ta' dan iċ-Ċentru biex b'hekk issaħħaħ l-istabbiltà fil-provvista tal-elettriku għal-lokalità ta' Marsaskala u l-madwar.

Waqt żjara f'dan id-DC, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli faħħret l-impenn tal-Enemalta li twettaq il-pjan ta' azzjoni għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni fil-pajjiż, liema pjan issa daħal fit-tieni sena tiegħu.

Il-proġett tad-DC sewa' madwar €3 miljun u se jkun qed isaħħaħ il-provvista tal-elettriku minn Marsaskala sa Birżebbuġa, inkluż iż-Żejtun, Ħaż-Żabbar u Marsaxlokk.

Il-Ministru Dalli spjegat li l-Enemalta għaddejja bi pjan ta' azzjoni ta' €90 miljun, mifrux fuq sitt snin, liema pjan iwassal lil Enemalta biex twettaq investimenti f'diversi nħawi tal-pajjiż. Fl-aħħar xhur tlestiet ukoll il-ħidma fuq id-DCs ta' Ħal Tarxien u l-Imrieħel biex tiżdied il-kapaċità.

Hija spjegat li s-sena li għaddiet l-Enemalta investiet fi 48 substation ġdid, fosthom fil-Mellieħa, il-Mosta, Ħ'Attard u l-Marsa; mat-80 feeder mis-substation lejn toroq residenzjali f'għadd ta' lokalitajiet u interventi oħra biex in-negozji u l-familji jkollhom sistema tal-elettriku aktar stabbli. “Dawn il-proġetti qed jissoktaw bi pjan anke biex ilaħħqu mal-iżvilupp ekonomiku u soċjali li hawn fil-pajjiż. Biżżejjed jingħad li s-sena li għaddiet, il-klijenti tal-Enemalta żdiedu bi kważi 12,000," qalet il-Ministru Dalli.

“Dan l-investiment kollu qiegħed issir filwaqt li qed nassiguraw li l-kontijiet tal-elettriku għall-familji u n-negozji jibqgħu stabbli minkejja ż-żidiet qawwija fil-prezzijiet internazzjonali tal-enerġija," ikkonkludiet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta Jonathan Cardona spjega li l-investiment fid-DC ta' Marsaskala involva t-tkabbir tal-ispazju fiżiku tal-binja nnifisha, kif ukoll l-installazzjoni tat-tielet transformer b'kapaċità ta' 22.5MVA. B'hekk irdoppjat il-kapaċità għal 45MVA, li tippermetti lill-inġiniera u t-tekniċi jagħmlu l-manutenzjoni fuq xi wieħed mit-tliet transformers mingħajr ma jinterrompu l-provvista tal-elettriku lir-residenti u n-negozji tal-inħawi.

Is-Sur Cardona radd ħajr lill-inġiniera u t-tekniċi li għal bosta ġimgħat fl-aħħar xhur ħadmu fuq dan il-proġett li kien jinvolvi wkoll l-estensjoni ta' switchgear ġdid tal-11kV u 33kV u sistema ġdida ta' protezzjoni bl-aħħar teknoloġija li tevita li jikbru l-ħsarat jekk tiżviluppa xi ħsara.

“Din hija parti waħda biss mill-impenn tal-Enemalta li qed tinvesti €15-il miljun fis-sena biex isaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fil-pajjiż. Din is-sena qegħdin fil-proċess li noħorġu sejħa biex nagħmlu upgrade fid-DC tal-Imsida u qed nippjanaw li nibdew il-proġett għal DC ġdida fin-Naxxar," qal is-Sur Cardona. Huwa fakkar li l-Enemalta hija impenjata li tagħmel bejn 40 u 50 substation ġdida fis-sena u diversi interventi oħra ta' rinfurzar tas-sistema tad-distribuzzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Inwettqu Flimkien: Tirdoppja l-kapaċità taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni f’Marsaskala b’investiment multi-miljunarju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Inwettqu Flimkien: Tirdoppja l-kapaċità taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni f’Marsaskala b’investiment multi-miljunarju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Inwettqu Flimkien: Tirdoppja l-kapaċità taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni f’Marsaskala b’investiment multi-miljunarju
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow