Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ U MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministri Borg u Camilleri jattendu għall-Kunsill tal-Affarijiet Barranin konġunt

PR230414
Date Icon 21/03/2023

Fi Brussell, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg u l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri attendew għall-Kunsill tal-Affarijiet Barranin konġunt. Dan il-kunsill sar fl-ewwel anniversarju mill-adozzjoni tal-Istrategic Compass u ġiet diskussa l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-għoti ta' aktar assistenza lill-Ukrajna biex tiddefendi l-integrità territorjali u s-sovranità tagħha.

Fl-intervent tiegħu fil-kunsill, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg qal li l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna tikser il-prinċipji tal-liġi internazzjonali u għalhekk ma tistax tiġi injorata. Il-Ministru Borg tenna l-impenn ta' Malta li tkompli tappoġġa lill-Ukrajna fi ħdan l-obbligi kostituzzjonali tagħha, billi tipprovdi għajnuna umanitarja li tissodisfa l-bżonnijiet tal-Ukrajna iżda mhux fejn jidħlu armamenti.

Il-Ministru  Borg appella wkoll lill-UE biex tadotta approċċ komplet u inklussiv għas-sigurtà u għad-difiża, b'mod partikolari billi tindirizza l-isfidi tas-sigurtà fil-Viċinat tan-Nofsinhar, li jekk ma jkunx ikkontrollat, jista' jkun ta' theddida għas-sigurtà għall-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri qal li l-adozzjoni tal-Istrategic Compass matul is-sena li għaddiet sarrfet f'pass pożittiv fejn issa ntlaħaq ftehim fuq is-Civilian Compact. Dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huwa afferma mill-ġdid li Malta ser tibqa' tagħti l-appoġġ tagħha lill-poplu Ukren, primarjament permezz ta' provvisti umanitarji u prodotti oħrajn.

Intant, Malta ngħaqdet ma' diversi stati membri f'inizjattiva mmexxija mill-European Defence Agency sabiex isir xiri konġunt ta' diversi tipi ta' munizzjon. Dan ser iservi biex, permezz ta' din l-inizjattiva, Malta ser tgawdi minn economies of scale u minn sigurtà tal-provvista għar-riżorsi tal-Forzi Armati ta' Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ U MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministri Borg u Camilleri jattendu għall-Kunsill tal-Affarijiet Barranin konġunt
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow