Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Bonnici jżur l-aħħar preparamenti tal-festival MUŻIKA MUŻIKA

PR230413
Date Icon 21/03/2023

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali Owen Bonnici żar il-provi tal-festival MUŻIKA MUŻIKA fl-MFCC, Ta' Qali, fejn iltaqa' mal-mużiċisti, mal-kantanti u mal-organizzaturi.

Il-Ministru Bonnici qal li sena wara oħra dan il-festival jibqa' jkun ta' suċċess. “Għat-tielet sena, dan il-festival prestiġjuż ser jiċċelebra l-kanzunetta Maltija u lsien twelidna permezz ta' 20 kanzunetta oriġinali bil-Malti. Kemm hi ħaġa sabiħa li naraw dawn l-artisti u l-organizzaturi mimlijin ħeġġa u entużjażmu. Tassew għandna nħossuna kburin bit-talent tagħna l-Maltin", qal il-Ministru Bonnici.

Iċ-Chairman ta' Festivals Malta, Aaron Zahra, qal li bħalissa t-tekniċi u l-artisti għaddejjin bl-aħħar preparamenti u provi flimkien mal-Malta Philharmonic Orchestra. “Inħeġġeġ lill-pubbliku sabiex isegwi dan il-festival u jagħti sapport lill-artisti lokali li ser jieħdu sehem b'kanzunetti mill-isbaħ matul l-edizzjoni ta' din is-sena. Kommessi li ser noffru spettaklu mill-isbaħ lit-telespettaturi u lil dawk li ser ikunu magħna fis-sala", temm jgħid is-Sur Zahra.

Il-Kap Eżekuttiv Annabelle Stivala qalet li l-festival huwa pjattaforma ferm importanti li tiċċelebra l-artist Malti  u l-mużika Maltija. “Dan hu festival li huwa għal qalb ħafna Maltin li biex jittella' hemm bżonn madwar 300 ruħ fosthom tekniċi, artisti, mużiċisti, tim ta' produzzjoni u oħrajn. Nawgura lill-parteċipanti kollha u nirringrazzja lil kull min b'xi mod jikkontribwixxi għas-suċċess ta' dan il-festival".

Mużika Mużika ser jittella' nhar il-Ħamis 23, il-Ġimgħa 24 u s-Sibt 25 ta' Marzu fl-MFCC, Ta' Qali. It-tliet serati tal-festival ser jixxandru live ukoll fuq Television Malta. Għal aktar informazzjoni u għall-biljetti żur muzikamuzika.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Bonnici jżur l-aħħar preparamenti tal-festival MUŻIKA MUŻIKA
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Bonnici jżur l-aħħar preparamenti tal-festival MUŻIKA MUŻIKA
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Bonnici jżur l-aħħar preparamenti tal-festival MUŻIKA MUŻIKA
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow