Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Inwettqu Flimkien: Jitlesta l-proġett tal-Imrieħel Underpass

PR230412
Date Icon 20/03/2023

Għaddej xogħol fuq il-karreġġjata tal-bypass li tagħti għan-Nofsinhar u l-junction eżistenti

Jitlesta l-proġett tal-Underpass tal-Imrieħel li permezz tiegħu nħolqot rotta diretta minn Triq l-Imdina sal-Bypass tal-Imrieħel, biswit l-uffiċċji tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji. Infrastructure Malta (IM) bħalissa qed timplimenta wkoll proġett ta' titjib fil-karreġġjata tal-Bypass tal-Imrieħel li tagħti għan-Nofsinhar kif ukoll titjib fil-junction eżistenti li tagħti għall-qasam industrijali tal-Imrieħel.

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta' IM Ivan Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Ġie spjegat li l-proġett tal-Imrieħel Underpass mhux biss qiegħed inaqqas il-volum tat-traffiku, iżda qed jintroduċi pedestrian u cycling crossings aktar siguri. Permezz ta' dan il-proġett qed jingħaqdu wkoll l-irħula ta' Birkirkara, l-Imrieħel u Ħal Balzan ma' Triq il-Ħofor, li hija triq rurali li twassal għal Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi.

L-underpass, li għandu żewġ karreġġjati b'tul ta' 60 metru, jinsab taħt ir-roundabout il-ġdida u b'hekk qed jiġu eliminati t-traffic lights fil-junction bejn Ħal Balzan, Birkirkara u l-Imrieħel. B'hekk, it-traffiku lejn il-Lvant joħroġ minn Triq l-Imdina, Ħal Balzan lejn il-Bypass tal-Imrieħel u huwa totalment separat mit-traffiku tar-roundabout li għadha kif inbniet.

IM bniet dan l-underpass billi użat aktar minn 290 pannella tal-konkos biex b'hekk jiġi ffurmat il-ħitan. L-aġenzija għolliet f'posthom travi tal-konkos li fuqhom qed jerfgħu s-saqaf tal-underpass il-ġdid, li fuqu hemm ir-roundabout il-ġdida u l-korsiji, flimkien mal-passaġġi għall-mixi u r-roti. Dan il-proġett qed ikompli jżid l-impatt pożittiv tal-proġett tas-Central Link f'Ħ'Attard, Ħal Balzan, Birkirkara u l-Imrieħel.

Bħala parti mill-proġett tas-Central Link, IM bniet żewġ korsiji ġodda biex toħloq rotta bla interruzzjoni fid-direzzjoni opposta, mill-bypass lejn Ħal Balzan u Ħ'Attard. Bl-eliminazzjoni tat-traffiku prinċipali lejn il-Lvant u lejn il-Punent mir-roundabout il-ġdida, il-fluss tal-karozzi sar wieħed aktar mgħaġġel, filwaqt li t-triq saret ferm aktar sigura għal dawk li  jivvjaġġaw lejn destinazzjonijiet oħra fil-viċin, inkluż l-Imrieħel, Birkirkara u Ħaż-Żebbuġ.

Dwar x-xogħol li għaddej bħalissa fuq il-karreġġjata tal-bypass li tagħti għan-Nofsinhar u l-junction li twassal għall-qasam industrijali tal-Imrieħel, ġie spjegat li x-xogħol jinkludi t-tqegħid ta' 1.5 kilometru ta' crash barriers, flimkien ma' titjib fis-sistema eżistenti tal-ilma tax-xita, u l-bini ta' 800 metru ta' mogħdijiet ġodda. Dan il-proġett jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid ta' Triq l-Intornjatur, it-tibdil tal-mina eżistenti tal-ilma tax-xita u t-titjib tan-networks taħt l-art.

“L-underpass tal-Imrieħel huwa proġett ieħor li se jkompli jtejjeb il-konnettività, itaffi l-problema tat-traffiku f'pajjiżna kif ukoll itejjeb is-sigurtà għal kull min juża dawn it-toroq. Iżda aħna ma waqafniex hemm, hekk kif permezz ta' dan it-titjib ulterjuri fil-karreġġjata tal-bypass tal-Imrieħel li tagħti għan-Nofsinhar, qed inkomplu ninvestu f'din iż-żona biex inkomplu ntejbu s-sitwazzjoni tat-traffiku," temm jgħid il-Ministru Farrugia.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Inwettqu Flimkien: Jitlesta l-proġett tal-Imrieħel Underpass
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow