Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inwettqu Flimkien: Aktar investiment fil-qasam sportiv

pr230405
Date Icon 18/03/2023

Inawgurat padiljun tal-handball b'investiment ta' €2.5 miljun

B'investiment ta' €2.5 miljun, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima inawgura padiljun tal-handball, iddedikat għal Louis Borg, eks President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Handball, li huwa parti mill-faċilitajiet sportivi fil-Kumpless Sportiv Maria Assunta fil-Ħamrun.

“L-inawgurazzjoni tal-lum hija t-tkomplija tal-ħidma tagħna li qed tara investiment qawwi fil-faċilitajiet sportivi madwar pajjiżna", qal il-Ministru Grima. “Din hija ħidma li tirrifletti dak li wegħdna bħala gvern, li nkomplu ninvestu f'faċilitajiet sportivi aċċessibbli għal kulħadd u qrib tiegħek kemm jista' jkun. Il-viżjoni tagħna għal dan il-qasam jolqtu lil kull min b'xi mod jew ieħor jipprattika xi attività fiżika, minn persuni li jagħmlu taħriġ bażiku għal atleti professjonali li l-isport huwa l-passjoni u l-karriera tagħhom", qal il-Ministru Grima.

Il-padiljun tal-handball huwa parti minn investiment akbar li sar fis-snin riċenti f'dan il-kumpless, li jinkludi wkoll l-ewwel akkademja tas-snooker f'Malta b'investiment ta' €700,000, proġett sportiv għall-Kumpless ta' Maria Assunta li sa issa diġà għandu ground tal-football u huwa ppjanat li jkun hemm ukoll padiljun għal sport varji, sala għat-table football, u sala oħra għall-boċċi.

Bil-proġett tal-padiljun tal-handball għall-ewwel darba f'Malta sar bini ta' sala speċifikament biex tintlagħab din id-dixxiplina sportiva. Is-sala takkomoda 155 spettatur u se tkun użata primarjment għat-taħriġ tal-handball, minn adulti sa tfal taħt it-8 snin, kif ukoll mill-programmi ta' SportMalta u mill-iskejjel.

Is-sala saret fuq speċifikazzjonijiet tal-International Handball Federation, hija mgħammra b'dawl li joffri uniformità u jnaqqas id-dellijiet biex titjieb is-sigurtà waqt l-użu, kif ukoll blinds elettriċi li jagħmluha faċli li jintuża d-dawl naturali. L-istruttura tal-ħadid hija miksija b'materjal li jipprovdi l-aħjar insulazzjoni, twieqi li jinfetħu b'mekkaniżmu elettroniku u extractors biex jgħinu fil-kontroll tal-arja u t-temperatura.

Fil-pjan imressaq 'il quddiem, il-gvern qed jimmira li pajjiżna jkollu faċilitajiet sportivi ta' standards internazzjonali li jservu ta' sisien għall-industrija tal-isport li tattira wkoll investiment lejn pajjiżna. Din hija ħidma kollettiva biex l-isport jogħla għal-livell li jmiss.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inwettqu Flimkien: Aktar investiment fil-qasam sportiv
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inwettqu Flimkien: Aktar investiment fil-qasam sportiv
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inwettqu Flimkien: Aktar investiment fil-qasam sportiv
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow