Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Inwettqu Flimkien : Imniedi pjan ta’ azzjoni għat-tqassim tal-kwoti għas-sajd tat-tonn għas-sena 2023

pr230403
Date Icon 17/03/2023

“Is-suċċess li ksibna flimkien, ser jinqasam flimkien, u jitgawda flimkien"

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Akwakultura u Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said, ħabbru pjan t'azzjoni ta' kif se jitqassmu l-kategoriji tal-kwoti għall-qabdiet tat-tonn għal din is-sena.

F'konferenza tal-aħbarijiet bit-tema, “Inwettqu Flimkien", il-Ministru Anton Refalo spjega li tul ix-xhur li għaddew saru bosta laqgħat fuq livell internazzjonali sabiex Malta tinnegozja kwota li minnha jkunu jistgħu jibbenefikaw is-sajjieda reġistrati. “Fil-fatt inħares lejn dawn in-negozjati bħala suċċess għal pajjiżna u għal dan is-settur hekk kif, għal din is-sena, il-kwota li ġiet allokata għal Malta hija ta' 433,430 kg, li tfisser żieda ta' 44,179 kg fuq il-kwota li ġiet allokata għal Malta fl-2022," innota l-Ministru Refalo.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said, ddeskriviet il-pjan ta' azzjoni bħala wieħed li jinċentiva t-tkabbir, u jippremja l-bżulija. “Wasal iż-żmien li s-sajjieda jaħsdu l-frott tas-sagrifiċċju tagħhom. Wasal iż-żmien li s-suċċess li ksibna flimkien, jinqasam flimkien, u jitgawda flimkien," qalet is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

Is-segretarju parlamentari saħqet li l-istaġun tas-sajd tat-tonn huwa importanti għall-protezzjoni tal-bijodiversità marittima ta' madwar pajjiżna. Dan hekk kif is-sajd tat-tonn, jagħti lok lil speċi oħra tal-ħut, l-iktar dawk tal-qiegħ, li jitkattru u jirriġeneraw ruħhom. “B'hekk, is-sostenibbiltà ta' dawn l-ispeċi tibqa' tiġi assigurata, u l-ħidma tas-sajjieda tagħna tkun  iktar stabbli."

Il-pjan ta' azzjoni tnieda wara diversi ġimgħat ta' diskussjoni diretta mas-sajjieda Maltin u Għawdxin kollha, permezz ta', fost l-oħrajn, żewġ laqgħat ta' konsultazzjoni. Fil-fatt is-sajjieda ngħataw opportunita diretta biex jesprimu l-ħsibijiet tagħhom sabiex jiġi assigurat li t-tqassim tal-kwoti ikun ġust, ekwu u bilanċjat.

Il-kwoti ta' din is-sena ser jagħtu opportunitajiet ġodda ta' tkabbir lis-sajjieda eżistenti, filwaqt li qegħdin jinċentivaw lil iktar sajjieda żgħażagħ biex jagħmlu l-kuraġġ u jinvestu fis-settur. Il-pjan ta' azzjoni qiegħed ukoll joħloq kategorija ġdida, biex sajjieda li qabel ma kellhomx opportunita li jinvolvu ruħhom f'dan it-tip ta' sajd, ikollhom iċ-ċans li jaqbdu massimu ta' 350 kg. Is-sajd rikreazzjonali ingħata wkoll opportunità biex jimraħ, hekk kif il-kwota ghal dan is-settur din is-sena żdiedet b'tunnellata mal-kwota, sabiex din is-sena iktar sajjieda dilettanti  jkunu jistghu jwettqu d-delizzju tagħhom.

“Ridna li kull min jinvesti r-riżorsi u l-ħin tiegħu f'dan is-settur, jingħata l-imbuttatura mixtieqa. Ridna ngħinu b'mod ġust kemm lill-kbir, u kif ukoll ż-żgħir. Ewlenin fosthom liż-żgħażagħ: qegħdin nagħmlulhom il-kuraġġ biex jkomplu jaraw lil dan is-settur bħala opportunità ta' impjieg li hija sostenibbli. Nistednuhom biex jagħmlu din il-qabża, u jieħdu dan iċ-ċans," qalet is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Anton Refalo temm jgħid li, “Bil-fiduċja li għandna f'pajjiżna, ser nassiguraw li nkomplu naħdmu sabiex nagħtu wkoll ċertezza u stabbiltà lis-sajjieda u lil dan is-settur ukoll. Irridu naraw li nibqgħu spalla ma' spalla mas-sajjieda tagħna biex nassiguraw li dan is-settur jibqa' wieħed ħaj u aktar żgħażagħ jersqu wkoll lejn dan is-settur hekk importanti għal pajjiżna," temm jgħid il-Ministru Refalo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Inwettqu Flimkien : Imniedi pjan ta’ azzjoni għat-tqassim tal-kwoti għas-sajd tat-tonn għas-sena 2023
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Inwettqu Flimkien : Imniedi pjan ta’ azzjoni għat-tqassim tal-kwoti għas-sajd tat-tonn għas-sena 2023
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow