Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Inwettqu Flimkien: Skema ta’ €12-il miljun b’fondi Ewropej għall-aċċess għall-impjiegi

PR230401
Date Icon 16/03/2023

Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett nedew skema ta' €12-il miljun b'fondi Ewropej bil-għan li aktar persuni jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Din l-iskema se tiġi amministrata mill-Jobs+ bil-għan li persuni żvantaġġati jidħlu malajr fid-dinja tax-xogħol.  Fost il-persuni li jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema hemm żgħażagħ, persuni li għandhom iktar minn 24 sena u ilhom 24 xahar bla xogħol, persuni ta' iktar minn 50 sena u li qegħdin bla xogħol, persuni li għamlu biss sa livell sekondarju skola u persuni b'diżabilità.

Permezz ta' din l-iskema, min iħaddem se jirċievi sussidju ta' €110.93 fil-ġimgħa għall-impjieg full-time u €55.47 fil-ġimgħa għall-impjieg part-time, għall-perjodu ta' 52 ġimgħa jew 104 ġimgħat skont it-target group tal-iskema. F'każ ta' persuni b'diżabilità, min iħaddem jingħata €166.40 fil-ġimgħa għall-impjieg full-time jew €83.20 għall-impjieg part-time għal massimu ta' 156 ġimgħa.

Il-Ministru Silvio Schembri qal li għalkemm f'pajjiżna għandna rati għoljin ħafna ta' persuni fid-dinja tax-xogħol tant li hawn nuqqas ta' ħaddiema, pajjiżna għandu wkoll faxex ta' nies li għalihom hija aktar diffiċli minn oħrajn biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

“Is-sena li għaddiet biss, saru 'l fuq minn elf applikazzjoni għal din l-iskema, u b'suċċess daħlu 564 persuna f'impjieg. Sa minn Ġunju tal-2015, permezz ta' din l-iskema 3,200 persuna daħlu fid-dinja tax-xogħol, minn dawn 51% kienu nisa, 15% qabżu l-età ta' 54 sena, 16% kienu persuni b'diżabbiltà. 78% kienu persuni li ilhom fil-qgħad jew inattivi għal aktar minn sentejn," qal il-Ministru Schembri.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li din l-iskema qed tiġi ffinanzjata b'fondi Ewropej mill-Fond Soċjali Ewropew+ li fih hemm allokat 40 miljun ewro biex isir aktar investiment fil-ħaddiema u s-suq tax-xogħol ikun aktar reżiljenti.

“Din l-iskema turina li minkejja l-isfidi li tiltaqa' magħhom fil-ħajja, il-Gvern qiegħed ikompli jgħinek sabiex tidħol fid-dinja tax-xogħol u tkompli timxi 'l quddiem fis-soċjetà. Is-sabiħ ta' din l-iskema hija l-kollaborazzjoni bejn il-Gvern, min iħaddem u l-ħaddiema biex flimkien inkomplu ninvestu fis-settur tax-xogħol u noffru aktar impjiegi ta' kwalità," qal Dr Bonett.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Inwettqu Flimkien: Skema ta’ €12-il miljun b’fondi Ewropej għall-aċċess għall-impjiegi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Inwettqu Flimkien: Skema ta’ €12-il miljun b’fondi Ewropej għall-aċċess għall-impjiegi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow