Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Inwettqu Flimkien: Ftehim soċjali b’investiment ta’ €1.26 miljun mal-Hospice Malta

PR230399
Date Icon 16/03/2023

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ġedded ftehim soċjali li għandu mal-Hospice Malta, sabiex ikompli jsostni u jsaħħaħ s-servizzi li jingħataw lil pazjenti li jkunu qed jesperjenzaw mard terminali. Dan ħabbru l-Ministru Michael Falzon waqt żjara li għamel f'kumpless għall-kura paljattiva li bħalissa qed jinbena mill-Hospice, f'Santa Venera.

Ġie spjegat li parti minn dan il-ftehim soċjali se jiggarantixxi s-servizz ta' sapport soċjali, f'parti minn dan il-kumpless. B'hekk numru ta'  professjonisti  se jkunu qed jgħinu kemm lill-pazjenti ta' mard paljattiv, kif ukoll lill-familjari tagħhom. F'ċertu każijiet, l-għajnuna tista' tingħata wkoll fid-djar tal-pazjenti.

F'dan il-ftehim soċjali, il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.26 miljun, mifruxa sas-sena 2025. Dan ifisser żieda ta' 30% fil-finanzjament hekk kif l-aħħar ftehim kien ilaħħaq id-€960,000. Permezz ta' dan il-ftehim, se tingħata aktar minn 8,000 siegħa ta' sapport psiko-soċjali li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-membri tal-familja li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli. Minbarra din l-għajnuna, ser tingħata mal-15,000 siegħa ta' sapport lill-pazjenti fir-residenzi tagħhom stess, għax jista' jkun hemm istanzi fejn il-klijenti jsibuha diffiċli biex jingħataw sapport u kura barra mid-dar.

“Ejja niftakru li hawnhekk qed nitkellmu fuq każijiet ta' natura serja, li jinkludu mard paljattiv bħal kanċer, mard respiratorju u tal-qalb, fost oħrajn. Għalhekk huwa essenzjali li noffru sapport psikoloġiku mogħti lill-familjari ta' dawk morda b'mard terminali, għax nifhmu illi jkunu għaddejjin minn mumenti delikati, li jġorru magħhom tensjoni u sfidi kbar. Kommessi illi nkomplu nsaħħu dawn il-ftehimiet soċjali, li jirrikjedu investiment u riżorsi kontinwi. Nemmnu f'governanza li ma tħalli lil ħadd waħdu. Hekk biss ngħixu b'mod ħaj il-kunċett ta' ġustizzja soċjali," temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Inwettqu Flimkien: Ftehim soċjali b’investiment ta’ €1.26 miljun mal-Hospice Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Inwettqu Flimkien: Ftehim soċjali b’investiment ta’ €1.26 miljun mal-Hospice Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Inwettqu Flimkien: Ftehim soċjali b’investiment ta’ €1.26 miljun mal-Hospice Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow