Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Studenti bniet bi klassijiet interattivi dwar esports u video game development

pr230394
Date Icon 15/03/2023

“Din hija opportunità unika li qed tingħataw fejn tistgħu b'mod prattiku tifhmu aħjar l-industriji ġodda tal-esports u l-video game development u kif dawn jistgħu jkunu karriera interessanti aktar 'il quddiem f'ħajjitkom." Dan qalu l-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri waqt żjara li għamel fl-Iskola Mater Boni Consili St Joseph ta' Raħal Ġdid li qed toffri lezzjonijiet tal-IT b'mod aktar interattiv u prattiku għall-istudenti tagħha.

L-Iskola Mater Boni Consili St Joseph ta' Raħal Ġdid ingħaqdet ma' Level Academy, biex tħarreġ lill-istudenti tagħha f'aspetti partikolari tal-IT fosthom taħriġ fuq l-esports u video game development. Dan it-tip ta' taħriġ, filwaqt li huwa aktar interattiv, għandu l-għan li juża pjattaforma ta' esports u video game development biex iressaq lill-istudenti aktar lejn it-teknoloġija u anke lejn karrieri speċifiċi li dawn l-industriji qegħdin joffru.

“Għandna bżonn ta' aktar żgħażagħ li jersqu lejn dawn l-industriji u fuq kollox għandna bżonn aktar nisa li jersqu aktar lejn karrieri fl-IT u l-innovazzjoni. Dan jorbot ukoll mal-ħidma tal-ministeru fejn qed issir ħidma kontinwa biex inressqu aktar żgħażagħ Maltin jagħżlu karrieri fl-IT. Ir-rivoluzzjoni teknoloġika qiegħda magħna u l-pjan li tħabbar f'Novembru li għadda, Malta Diġitali, se twassal lill-pajjiżna nkunu fuq quddiem nett f'din ir-revoluzzjoni," temm jgħid il-Ministru Silvio Schembri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Studenti bniet bi klassijiet interattivi dwar esports u video game development
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Studenti bniet bi klassijiet interattivi dwar esports u video game development
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow