Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jfakkar l-għaxar anniversarju tal-Fondazzjoni RISe

PR230393
Date Icon 15/03/2023

Il-President ta' Malta George Vella, flimkien mal-amministrazzjoni u wħud mir-residenti tal-Fondazzjoni RISe, fakkar l-għaxar anniversarju mit-twaqqif ta' din il-Fondazzjoni li tħejji lill-priġunieri fl-aħħar fażi tas-sentenza tagħhom bil-għan li jerġgħu lura fis-soċjetà b'bażi soda.

F'din l-okkażjoni, il-President Vella u r-residenti ħawlu għaxar siġriet taċ-ċitru f'The President's Kitchen Garden, u ma' kull siġra twaħħal ċoff isfar—simbolu tal-aċċettazzjoni tar-residenti tal-Fondazzjoni RISe fis-soċjetà.

“Il-fatt li persuna tagħmel żmien fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin minħabba xi ħaġa li tkun għamlet ma jfissirx li dik hija l-aħħar tat-triq. Anzi, hemm it-tama u għalhekk il-kelma RISe, li dak li jkun irid iqum, jieqaf fuq saqajh, jara fejn żbalja, ikun ħallas ta' dak li għamel, però mbagħad is-soċjetà trid tkun b'idejha miftuħa lesta biex tilqgħu ħalli dan jerġa' jidħol fil-ħajja normali. Altrimenti l-isem ta' Faċilità Korrettiva ma jkun ifisser xejn," stqarr il-President Vella. Faċilità, qal il-President, qiegħda hemm biex tikkoreġi lill-individwu biex jerġa' lura fis-soċjetà aħjar minn kif kien qabel daħal hemmhekk.

Il-fundatur tal-programm u direttur tal-Fondazzjoni RISe, Charles Mifsud, qal li fl-aħħar għaxar snin, mad-disgħin resident tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u l-familji tagħhom segwew il-programm u ngħataw sapport fl-aħħar sena tas-sentenza tagħhom qabel reġgħu lura fis-soċjetà. “L-iskop tal-Fondazzjoni huwa dak li naraw li dawk li jidħlu l-ħabs joħorġu armati biżżejjed biex jidħlu fis-soċjetà biex kemm jista' jkun ma jerġgħux jirrepetu reat ieħor," spjega is-Sur Mifsud, waqt li qal li l-pjan għall-ġejjini huwa li jiżdiedu d-djar tal-Fondazzjoni RISe u li dan is-servizz jiġi offrut lil priġunieri nisa wkoll.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jfakkar l-għaxar anniversarju tal-Fondazzjoni RISe
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jfakkar l-għaxar anniversarju tal-Fondazzjoni RISe
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jfakkar l-għaxar anniversarju tal-Fondazzjoni RISe
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jfakkar l-għaxar anniversarju tal-Fondazzjoni RISe
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow