Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta tospita laqgħa għall-Istati Gżejjer Żgħar li qed jiżviluppaw fil-marġini tal-Commonwealth Days 2023

pr230390
Date Icon 15/03/2023

Fil-marġini ta’ numru ta’ laqgħat li qed isiru f’Londra għall-Commonwealth Days 2023, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg ospita laqgħa għall-Ministri tal-Affarijiet Barranin ta’ Stati Gżejjer Żgħar li qed jiżviluppaw (SIDS). Għal din il-laqgħa attendew ukoll, f’isem is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS), id-Direttur Belen Carbonell Martinez kif ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, Patricia Scotland. 

Waqt din il-laqgħa l-Ministru Borg tkellem dwar kif l-istati gżejjer żgħar huma fost l-ewwel li qed iħossu r- riperkussjonijiet tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari f’ċertu żoni ġeografiċi minħabba l-livell tal-baħar. Huwa kompla jgħid kif b’din il-laqgħa Malta, bħala membru tal-Commonwealth u anke tal-Unjoni Ewropea, tixtieq tkattar aktar kollaborazzjoni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet biex jaħdmu aktar id f’id ħalli l-miri ta’ żvilupp sostenibbli (SDGs) jintlaħqu.

Il-Ministru Ian Borg ħa l-okkażjoni wkoll biex jispjega l-inizjattiva nazzjonali “Island for Islands” li hija mmirata lejn aktar kollaborazzjoni ma’ gżejjer stati żgħar biex Malta tkun tista’ tgħin u taqsam l-esperjenzi tagħha ma’ pajjiżi oħra.

Għal din il-laqgħa organizzata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u Kummerċ attendew il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Bahamas, ir-Repubblika Dominicana, il-Ġamajka, Mauritius u Nauru. Filwaqt li għal Saint Kitts u Nevis attenda l-Ministru tal-Enerġija u għall-Grenada, Antigua and Barbuda u Fiji attendew il-Kummissarji Għoljin tagħhom ġewwa r-Renju Unit.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta tospita laqgħa għall-Istati Gżejjer Żgħar li qed jiżviluppaw fil-marġini tal-Commonwealth Days 2023
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta tospita laqgħa għall-Istati Gżejjer Żgħar li qed jiżviluppaw fil-marġini tal-Commonwealth Days 2023
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta tospita laqgħa għall-Istati Gżejjer Żgħar li qed jiżviluppaw fil-marġini tal-Commonwealth Days 2023
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow