STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
pr230389
15/03/2023
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, f’ismu u f’isem il-Membri kollha tal-Kamra jesprimi sentimenti ta’ sogħba għall-aħbar tal-mewt tal-Eks Deputat Parlamentari u Eks Ministru l-Professur Edwin Grech.
Huwa jsellem il-memorja tiegħu, il-ħidma li wettaq fil-Kamra fis-seba’ u t-tmien Leġiżlatura bejn l-1992 u l-1998 u s-sagrifiċċju li għadda minnu biex jara lil pajjiż jimxi ‘l quddiem.
L-Ispeaker jagħti l-kondoljanzi lill-familja kollha tal-Eks Membru tal-Kamra Edwin Grech.
Stqarrijiet Oħra:
PR261942en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261942