Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR

pr230388
Date Icon 14/03/2023

Inwettqu Flimkien – Matul l-2023, il-gvern se jkun qed jinvesti miljun ewro f'fondi għall-proġetti mill-għaqdiet volontarji

Inawgurata Multi-Sensory Room ġdida f'Għawdex bi skema ta' finanzjament għas-settur volontarju

Għal matul din is-sena, il-Gvern Malti alloka s-somma ta' miljun ewro f'għajnuna lill-għaqdiet volontarji Maltin u Għawdxin biex iwettqu proġetti differenti fil-komunità. Fl-istess waqt, fuq perjodu ta' sentejn, il-Gvern se jkun investa 'l fuq minn €170,000 f'għajnuna għal proġetti amministrati minn għaqdiet volontarji Għawdxin.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli waqt l-inawgurazzjoni ta' Multi-Sensory Room ġdida mill-Fondazzjoni Inspire fil-faċilità tal-Inspire f'Għajnsielem, Għawdex. Dan sar b'investiment ta' €33,000, li €20,000 minnhom ġew iffinanzjati mill-Gvern permezz tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.

Il-ministru spjegat kif matul is-sena li għaddiet, il-Gvern investa €900,000 fis-settur tal-volontarjat permezz tal-iskemi Volunteer Organisations Projects Scheme (VOPS) u l-iSmall Initiatives Support Scheme (SIS) fejn twettqu sitt proġetti b'investiment ta' €51,900 minn għaqdiet volontarji Għawdxin. Għall-2023, permezz tal-iskemi disponibbli se jitwettqu 87-il proġett ġdid fil-komunità, fejn 10 proġetti minnhom ser ikunu qed jsiru minn għaqdiet volontarji Għawdxin b'investiment ta' madwar €119,000.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Inspire Antonello Gauci qal; “Grazzi għall-finanzjament ipprovdut mill-VOPS 2022, din il-kamra sensorja se toffri opportunità lit-tfal b'diversi diżabilitajiet biex jidħlu f'attivitajiet li jippromwovu t-tkabbir tagħhom f'ambjent li huwa kemm pjaċevoli kif ukoll stimulanti mingħajr ebda pressjoni. L-għan tagħna hu li nappoġġjaw lill-komunità Għawdxija, mhux biss lill-individwi li jipparteċipaw fil-programmi ta' Inspire."

Din il-Multi-Sensory Room għandha ttejjeb il-livell tas-servizz u anki l-kwalità tal-ħajja tal-klijenti b'diżabilità. L-għan tas-servizz tal-Multi-Sensory Room huwa li jipprovdi opportunità għall-individwi biex jiżviluppaw l-oqsma tat-tagħlim tagħhom permezz tal-istimulazzjoni tas-sensi. Speċifikament, dan is-servizz huwa ta' benefiċċju għal dawk li jesperjenzaw diffikultajiet sensorji.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, Mauro Pace Parascandalo, fisser kif dan il-proġett huwa riżultat pożittiv ieħor ta' kif tissarraf l-għajnuna mogħtija mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat permezz tal-iskemi amministrati mill-kunsill, skemi li dejjem jippruvaw jindirizzaw il-bżonnijiet li dejjem jinbidlu tas-settur tal-volontarjat.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow