Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Inwettqu Flimkien: F’April li ġej jirritorna The Malta International Fireworks Festival

pr230387
Date Icon 14/03/2023

Ser jerġa jitella' f'pajjiżna l-avveniment The Malta International Fireworks Festival, li ser jara l-bidu tiegħu nhar it-Tnejn 24 ta' April u jilħaq il-qofol tiegħu lejlet l-1 ta' Mejju fil-Port il-Kbir. Fuq medda ta' sebat ijiem, il-pubbliku inġenerali ser ikollu l-opportunità li jara nar tal-ajru u tal-art minn Nadur, il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, in-Naxxar, Manoel Island, il-Floriana u l-Port il-Kbir. 

F'dan l-istess perjodu, Malta mistennija tospita wkoll 700 parteċipant barrani għal dan il-festival pirotekniku, kif ukoll 100 eżebitur għall-International Symposium of Fireworks.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fil-preżenza taċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia.

Il-Ministru Clayton Bartolo saħaq li hemm aspettattiva pożittiva għal dan l-avveniment internazzjonali. Huwa kompla jgħid li, “Ir-reputazzjoni ta' pajjiżna fid-dinja piroteknika hija waħda b'saħħitha u magħrufa. Din l-istess storja rridu nkomplu naqsmuha mal-Maltin u l-Għawdxin kif ukoll mat-turisti li jiġu jżuruna. Għalhekk ninsabu determinati li nkomplu noffru avvenimenti ta' portata għolja għal nies ta' kull età."

Il-Ministru Bartolo temm jgħid li festival ta' dan il-kalibru internazzjonali huwa konferma tal-impenn tal-Gvern li jkompli jpoġġi s-settur turistiku fost il-kontributuri ewlenin tal-ekonomija Maltija.

Iċ-Chairman Gavin Gulia qal li dan il-festival huwa avveniment li sar parti integrali mill-kalendarju ta' attivitajiet li jiġu organizzati matul is-sena. “Permezz ta' dan il-Festival inkunu nistgħu niġbdu għaqdiet internazzjonali tal-Logħob tan-Nar sabiex jikkompetu f'Malta. Ninsabu ċerti li dan il-festival internazzjonali ħa jattira numru ta' turisti u udjenza lokali li ser jattendu sabiex igawdu dan l-ispettaklu mill-isbaħ madwar il-gżejjer Maltin u Għawdxin," temm jgħid iċ-Chairman Gavin Gulia.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Inwettqu Flimkien: F’April li ġej jirritorna The Malta International Fireworks Festival
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Inwettqu Flimkien: F’April li ġej jirritorna The Malta International Fireworks Festival
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Inwettqu Flimkien: F’April li ġej jirritorna The Malta International Fireworks Festival
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow