Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jindirizza l-HORATIO Congress 2023: Reuniting Mental Health Nurses

pr230383
Date Icon 13/03/2023

Il-President ta' Malta George Vella qal li l-akbar żewġ sfidi li qegħdin jiffaċċjaw l-infermiera psikjatriċi huma dawk li ġejjin minn kondizzjonijiet mentali deġenerattivi u dawk li qegħdin jiżviluppaw minħabba l-istress dejjem akbar li l-istil ta' ħajja modern qiegħed ikollu fuq il-fakultajiet mentali tagħna. Dan mingħajr ma nsemmu l-kondizzjonijiet li jirriżultaw mill-użu eċċessiv tal-alkoħol u ta' sustanzi oħra li joħolqu dipendenza.

Fl-indirizz tiegħu fiċ-ċerimonja ta' ftuħ tal-“Horatio Congress 2023: Reuniting Mental Health Nurses – Sharing Knowledge, Cultivating Experiences", il-President Vella faħħar l-inizjattiva bejn Horatio – European Psychiatric Nurses u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Infermiera Psikjatriċi (MAPN) biex jaqsmu u jrawmu l-għarfien bejn l-Infermiera fis-Saħħa Mentali u l-Professjonisti tas-Saħħa Mentali madwar l-Ewropa kollha.

“Dan infissru meta ngħidu li s-saħħa hija dritt universali taċ-ċittadini kollha u li l-għarfien mediku u tal-infermiera għandu jiġi kondiviż liberament biex nilħqu wieħed mill-aktar għanijiet ta' żvilupp sostenibbli importanti: SDG 3, li jgħid li rridu niżguraw ħajjiet f'saħħithom u nippromwovu l-benesseri għal kull età", qal il-President Vella.

Il-President qal ukoll li l-professjoni tal-infermiera hija vokazzjoni għal min għandu qalbu tajba għax teħtieġ dispożizzjoni, aptitudni u ħerqa li tgħin lil ħaddieħor meta jkun hemm l-aktar bżonnok, u qawwa u saħħa kbar biżżejjed biex tgħaddihom lil ħaddieħor. “L-infermiera fis-saħħa mentali jerġa' jrid ikollhom qoxra eħxen minn hekk," żied jgħid il-President.

Fir-rigward tas-saħħa mentali u l-istigma li tawha l-ġenerazzjonijiet preċedenti, il-President innota li llum hemm ferm aktar għarfien li għen inaqqas, jekk mhux ineħħi għalkollox, din l-istigma. “Minħabba d-disponibbiltà ta' mediċini aktar speċifiċi u l-mira selettiva tas-sintomi, minflok li wieħed jistrieħ fuq terapija ġenerali, il-prospetti ta' fejqan u li wieħed jegħleb il-kundizzjoni u jerġa' lura għan-normal tjiebu b'mod konsiderevoli", innota l-President waqt li qal li l-kura saret aktar dinjituża, inqas kastiganti, inqas drastika u aktar soċjalment aċċettabbli, u tipprometti riżultati tajbin.

Il-President Vella feraħ lill-MAPN talli tipprova ttejjeb u tirrikonoxxi b'mod attiv ir-rwoli u l-istandards tal-infermieri psikjatriċi f'Malta bl-għan li tagħti s-setgħa, teduka u ssaħħaħ ir-rwol tal-infermiera fis-saħħa mentali.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jindirizza l-HORATIO Congress 2023: Reuniting Mental Health Nurses
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jindirizza l-HORATIO Congress 2023: Reuniting Mental Health Nurses
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jindirizza l-HORATIO Congress 2023: Reuniting Mental Health Nurses
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow