Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Dar mitluqa fil-Birgu rriġenerata għal skop soċjali

pr230378
Date Icon 11/03/2023

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes ħabbar li tlestew l-aħħar xogħlijiet f'dar fil-Birgu li ġiet irriġenerata biex issa tkun allokata għal skop soċjali.

Il-Ministru Roderick Galdes semma' kif din id-dar tagħmel parti minn 15-il dar oħra li wkoll kienu abbandunati u li fuqhom għaddejjin xogħlijiet ta' riġenerazzjoni biex jingħataw lura lis-soċjetà.

B'investiment ta' kważi €150,000, din id-dar, li sa ftit xhur ilu kienet magħluqa u mitluqa, kienet irriġenerata u mgħoddija lill-Awtorità tad-Djar. Fid-dar saru xogħlijiet estensivi fosthom xogħlijiet ta' dawl u ilma u tisbiħ ieħor bil-għan li d-dar iżżomm il-karattru Malti tagħha.

Il-Ministru Roderick Galdes stqarr li l-istrateġija tal-Gvern f'dak li għandu x'jaqsam akkomodazzjoni soċjali ma tieqafx biss mal-bini ta' appartamenti ġodda. Huwa qal li l-investiment li sar f'din id-dar u li qed isir fi djar oħrajn jibgħat messaġġ b'saħħtu li rridu naraw aktar djar abbandunati jkunu utilizzati b'mod li joffru kenn lill-individwi u familji li jkunu fil-bżonn.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Dar mitluqa fil-Birgu rriġenerata għal skop soċjali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Dar mitluqa fil-Birgu rriġenerata għal skop soċjali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Dar mitluqa fil-Birgu rriġenerata għal skop soċjali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow