Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Malta ddepożitat l-Istrument tar-Ratifika tal-Konvenzjoni Hague biex tkun imsaħħa l-protezzjoni tal-adulti b’diżabilità fuq livell internazzjonali

pr230377
Date Icon 11/03/2023

F'Novembru li għadda, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli ffirmat il-Konvenzjoni ta' The Hague dwar il-Protezzjoni Internazzjonali tal-Adulti f'isem Malta. Dakinhar, Malta saret is-17-il pajjiż fl-Unjoni Ewropea, u l-20 pajjiż fl-Ewropa, illi ffirma din il-Konvenzjoni.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, waqt il-Kunsill dwar l-Affarijiet Ġenerali u l-Politika (CGAP) tal-Konferenza ta' The Hague dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (HCCH), Malta ddepożitat l-Istrument tar-Ratifika fir-rigward ta' din il-Konvenzjoni.

Dan id-dokument, illi ġie ppreżentat waqt ċerimonja apposta minn Mark Pace, l-Ambaxxatur ta' Malta fl-Olanda, jikkonferma l-impenn ta' Malta illi ddaħħal fis-seħħ din il-Konvenzjoni, wara perjodu tranżitorju. Malta issa hija t-12-il pajjiż fl-Unjoni Ewropea, u l-15-il pajjiż fl-Ewropa, illi rratifika din il-Konvenzjoni.

Din ir-ratifika kienet possibbli wara li l-Ministru Farrugia Portelli ppreżentat liġi, illi ġiet adottata unanimament mill-Parlament Malti, illi awtorizzat lill-Gvern Malti jgħaddi għal din ir-ratifika, kif ukoll għamlet numru ta' regoli fir-rigward ta' kif din il-Konvenzjoni ser titħaddem lokalment.

Permezz ta' din il-Konvenzjoni, persuni adulti b'diżabilità, li jkunu f'sitwazzjoni ta' vulnerabilità, jekk ikunu ċittadini ta' pajjiż illi rratifika din il-Konvenzjoni, jistgħu jgawdu l-istess protezzjonijiet illi kieku jgawdu fil-pajjiż ta' ċittadinanza tagħhom.

Kull pajjiż illi jirratifika l-Konvenzjoni jinnomina Awtorità Ċentrali, fil-każ ta' Malta din ser tkun id-Direttorat għall-Affarijiet dwar id-Diżabilità, sabiex tiffaċilita l-ħidma relatata mal-Konvenzjoni.

Il-Ministru Farrugia Portelli rrimarkat illi, “Din ir-ratifika mhux biss tassigura proċess aktar sempliċi u dinjituż għal persuni b'diżabilità illi jeżerċitaw id-dritt tagħhom illi jmorru btala jew imorru jgħixu f'pajjiż ieħor. Dan il-pass iwettaq ukoll parti minn wegħda elettorali ta' dan il-gvern, sabiex isiru riformi legali u strutturali, illi permezz tagħhom Malta ssaħħaħ l-awtonomija personali ta' persuni b'diżabilità, u tiggarantilhom protezzjoni adegwata għal meta dawn jinsabu f'sitwazzjonijiet ta' vulnerabilità."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Malta ddepożitat l-Istrument tar-Ratifika tal-Konvenzjoni Hague biex tkun imsaħħa l-protezzjoni tal-adulti b’diżabilità fuq livell internazzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Malta ddepożitat l-Istrument tar-Ratifika tal-Konvenzjoni Hague biex tkun imsaħħa l-protezzjoni tal-adulti b’diżabilità fuq livell internazzjonali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow