Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI: L-MCESD jiddiskuti l-fondi Ewropej kif ukoll l-Intelliġenza Artifiċjali

pr230376
Date Icon 10/03/2023

Waqt il-laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), l-imsieħba soċjali flimkien mas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett iddiskutew il-fondi Ewropej, b'mod speċjali l-pakkett ta' fondi Ewropej 2021-2027.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett tkellem dwar l-importanza tal-proċess ta' konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali. “Dan il-Gvern jisma' u jaġixxi. Qegħdin nissimplifikaw kemm nistgħu biex aktar kumpaniji u persuni jersqu 'l quddiem u japplikaw għall-fondi Ewropej. Irridu nagħmlu l-fondi Ewropej aktar aċċessibbli u aktar qrib in-nies biex iwettqu l-ħolm u l-ambizzjoni tagħhom," sostna Dr Bonett.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Ellul stqarr li, “Irridu nħarsu lejn dan is-suġġett bi pjan strateġiku fejn kull azzjoni tkun ħolqa f'katina biex finalment nassiguraw li l-pajjiż jimxi 'l quddiem. Huwa d-dmir tagħna wkoll li naraw li dawn il-flus jintefqu bl-aħjar mod possibbli u b'mod sostenibbli u rridu niżguraw li dan il-programm ta' fondi Ewropej jgħin lin-nies, lin-negozji, u li jrendi fit-tul ukoll."

Waqt l-istess laqgħa saret ukoll preżentazzjoni mill-Professur Alexei Dingli dwar l-intelliġenza artifiċjali (AI). Il-Professur Dingli tkellem dwar kif l-AI qiegħda u ser tkompli taffettwa d-dinja tax-xogħol.

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairperson tal-MCESD il-Perit David Xuereb tenna li permezz ta' dawn id-diskussjonijiet l-MCESD se jibqa' strumentali biex jiġu diskussi u offruti proposti dwar suġġetti li jħarsu 'l quddiem għall-benefiċċju tal-pajjiż u l-poplu Malti u Għawdxi kollu.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI: L-MCESD jiddiskuti l-fondi Ewropej kif ukoll l-Intelliġenza Artifiċjali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI: L-MCESD jiddiskuti l-fondi Ewropej kif ukoll l-Intelliġenza Artifiċjali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow