Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Aktar spazji pet-friendly: Jitlesta t-tisbiħ tal-Park tal-Klieb f’Ta’ Qali

pr230374
Date Icon 10/03/2023

B'aċċessorji ġodda, żieda f'ostakli tal-logħob u żona aktar sigura, it-tisbiħ tal-Park tal-Klieb f'Ta' Qali huwa komplut biex jilqa' fi ħdanu klieb ta' kull daqs. Fi żjara f'dan l-ispazju pet-friendly, il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta' Project Green Steve Ellul setgħu jaraw ix-xogħol ta' tisbiħ imwettaq mill-ħaddiema, fi spazju ta' madwar 1,627 metru kwadru.

Bi ċnut għolja magħmula minn injam riċiklat, tined li jipprovdu d-dell fuq il-bankijiet u spazju kkulurit biex il-klieb ikollhom fejn jiġru u jilagħbu, iż-żona saret waħda aktar sigura għall-klieb u s-sidien tagħhom.

Dan huwa proġett ieħor ta' riġenerazzjoni fejn ix-xogħol sar b'attenzjoni lejn is-sostenibbiltà taż-żona. Fil-fatt, kull struttura ġol-Park tal-Klieb hi magħmula b'injam meqjus bħala sostenibbli.

Il-Ministru Miriam Dalli faħħret ix-xogħol li sar u rringrazzjat lill-ħaddiema ta' Project Green tad-dedikazzjoni tagħhom biex jassiguraw s-sostenibbiltà fil-proġetti li jitwettqu.

“Ir-riġenerazzjoni ta' spazji miftuħa u l-ħolqien ta' dawk ġodda huma intiżi biex jitgawdew minn kulħadd. Bi spazji ddedikati għalihom u b'tagħmir apposta, naċċertaw is-sigurtà tal-klieb tagħna wkoll," qalet il-Ministru Miriam Dalli. Kompliet billi ħeġġet lill-pubbliku jagħmel użu responsabbli mill-post u jżomm l-indafa.

Min-naħa tiegħu, il-kap eżekuttiv Steve Ellul tenna li Project Green se tkompli bil-ħidma li toħloq spazji ġodda filwaqt li tkompli tirriġenera aktar postijiet. Saħaq ukoll dwar l-importanza tas-sigurtà, tant li dan il-park huwa mdawwar b'fence għoli żewġ metri, u ieħor tal-injam għoli metru biex joħloq id-distanza bejn il-park tal-klieb iż-żgħar u dawk kbar. Huwa ħabbar li Project Green se tkun qed tkompli taħdem ukoll fuq spazji oħra dedikati għall-klieb, fosthom fin-Nofsinhar ta' Malta.

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Park tal-Klieb f'Ta' Qali huma bejn is-6.30am u s-7.30pm matul ix-xhur tax-xitwa u bejn is-6.30am u t-8.30pm fix-xhur tas-sajf.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Aktar spazji pet-friendly: Jitlesta t-tisbiħ tal-Park tal-Klieb f’Ta’ Qali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Aktar spazji pet-friendly: Jitlesta t-tisbiħ tal-Park tal-Klieb f’Ta’ Qali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Aktar spazji pet-friendly: Jitlesta t-tisbiħ tal-Park tal-Klieb f’Ta’ Qali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Aktar spazji pet-friendly: Jitlesta t-tisbiħ tal-Park tal-Klieb f’Ta’ Qali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow