Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Imħabbra nofs miljun ewro għall-festi Maltin għas-sena 2023

pr230371
Date Icon 10/03/2023

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar tliet skemi ta' finanzjament immirati speċifikament għall-festi Maltin, b'investiment ta' nofs miljun ewro għas-sena 2023.

It-tliet skemi ta' finanzjament – Il-Fond għal Aktar Saħħa u Sikurezza fil-Kmamar tan-Nar, l-Iskema ta' Finanzjament Artistiku għall-Għaqdiet tal-Armar tal-Festi, u l-Iskema Ngħinu Finanzjarjament lis-Soċjetajiet tal-Banda, huma mmaniġġjati mill-Kunsill Malti għall-Arti, bl-aħħar skema mmexxija b'kollaborazzjoni mal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.

“Inizjattivi bħal dawn jiffurmaw parti essenzjali mit-tisħiħ tat-tradizzjonijiet lokali tagħna għax b'hekk inkomplu ntejbu l-aċċessibbiltà fis-settur," qal il-Ministru Bonnici, filwaqt li faħħar dawn l-iskemi għaliex juru l-importanza tal-kultura f'pajjiżna. “Qed nibnu fuq il-passat, u ninvestu lejn il-futur ta' dawn it-tradizzjonijiet. Qed niżguraw ukoll li nissostanzjaw l-importanza li l-każini tal-banda, il-kmamar tan-nar, u l-assoċjazzjonijiet tal-festa għandhom fil-komunitajiet tagħna," tenna l-Ministru Bonnici.

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall stqarr li, “Il-viżjoni tal-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti hija li jkollna l-arti fil-qalba tal-futur tal-pajjiż, filwaqt li nkomplu ninvestu u nkattru diversità ta' espressjoni artistika u kulturali biex inkomplu nsaħħu l-ekoloġija kreattiva u kulturali tal-pajjiż tagħna. Inizjattivi bħal dawk li qed insemmu llum għandhom rwol importanti fit-twettiq ta' dawn il-miri, filwaqt li nkomplu nistinkaw għal aktar professjonalizzazzjoni fis-settur."

Il-Fond għal Aktar Saħħa u Sikurezza fil-Kmamar tan-Nar jiffaċilita l-investiment sabiex tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura tal-kmamar tan-nar sabiex il-voluntiera jkunu jistgħu jaħdmu f'ambjent aktar sigur. L-allokazzjoni għal din is-sena hija ta' €170,000 u kull proġett eliġibbli jista' jingħata sa massimu ta' €5,000. Is-sejħa hija miftuħa u tagħlaq f'nofsinhar tal-21 ta' Marzu 2023.

L-Iskema Ngħinu Finanzjarjament lis-Soċjetajiet tal-Banda hija mmaniġġjats f'kollaborazzjoni mal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda. L-allokazzjoni għal din is-sena hija ta' €160,000 u kull proġett eliġibbli taħt Kategorija A jista' jingħata sa massimu ta' €6,750, filwaqt li kull proġett eliġibbli taħt Kategorija B jista' jingħata sa massimu ta' €10,800. Dan il-fond jappoġġja numru ta' proposti mill-każini tal-banda, speċjalment peress li dawn għandhom rwol importanti fil-komunitajiet u jservu bħala wieħed mill-punti ta' dħul primarji għad-dinja tal-arti.

L-Iskema ta' Finanzjament Artistiku għall-Għaqdiet tal-Armar tal-Festi tirrikonoxxi l-importanza tal-assoċjazzjonijiet tat-tiżjin tal-festi, assoċjazzjonijiet kulturali, u assoċjazzjonijiet soċjali li jaħdmu b'mod volontarju biex iħaddnu, jipproteġu, u jsaħħu t-tradizzjonijiet kulturali ta' pajjiżna. L-allokazzjoni għal din is-sena hija ta' €140,000 u kull proġett eliġibbli jista' jingħata sa massimu ta' €10,000. 

Għal aktar informazzjoni fuq l-iskemi tal-Kunsill Malti għall-Arti, agħfas hawn.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Imħabbra nofs miljun ewro għall-festi Maltin għas-sena 2023
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Imħabbra nofs miljun ewro għall-festi Maltin għas-sena 2023
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow