Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru l-aħħar dettalji ta’ MUŻIKA MUŻIKA

pr230367
Date Icon 09/03/2023

Il-festival prestiġjuż Mużika Mużika qed jirritorna għat-tielet sena konsekuttiva, bejn it-23 u l-25 ta' Marzu li ġej, b'20 kanzunetta oriġinali bil-Malti.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar li bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti loġistiċi fosthom il-bini tal-palk, il-koordinament tal-provi artistiċi, u teknikalitajiet oħra biex għal darb'oħra dan il-festival ikun wieħed ta' suċċess.

“Mużika Mużika sar meqjuż bħala wieħed mill-aqwa festivals tal-mużika lokali. Sa mill-ewwel edizzjoni tiegħu kiseb ir-rispett ta' bosta kantanti, kompożituri, awturi lokali, u saħansitra anke tal-udjenza. Irridu nkomplu ninvestu f'dan il-festival li jservi wkoll bħala pjattaforma fejn l-artisti jesponu t-talenti tagħhom bil-lingwa Maltija li hi tant għażiża għalina, u kif għamilna fis-snin preċedenti, se nkomplu naħdmu qatigħ biex dan il-Festival ikompli jkun ta' suċċess sena wara sena, u jibqa' jkun appuntament annwali," qal il-Ministru Bonnici.

Iċ-Chairman ta' Festivals Malta Aaron Zahra qal li, għat-tielet sena konsekuttiva, Festivals Malta qed joffri pjattaforma lil diversi kantanti, awturi u kompożituri lokali. “Mużika Mużika diġà ssupera l-aspettattivi tal-poplu, u Festivals Malta kommess li jkompli jinvesti fih sabiex dejjem inkomplu ntejbu l-prodott artistiku Malti. Nawgura kull suċċess lill-kantanti, lill-kompożituri, l-awturi, u lill-mistiedna speċjali li ser jagħlqu t-tliet serati bi spettaklu mill-isbaħ," sostna s-Sur Zahra.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta Annabelle Stivala tkellmet fuq is-suċċess u r-rispons posittiv li ta' kull sena jiġġenera dan il-festival. “Mill-2021, il-festival kiber u żviluppa b'rata mgħaġġla u ntlaqa' tajjeb ħafna, kemm mill-udjenzi, kif ukoll minn diversi artisti u tekniċi li ta' kull sena juru l-interess li jkunu parteċipi f'din il-produzzjoni. Li jagħmel dan il-festival tant uniku huwa li joffri pjattaforma mużikali fejn l-ilsien Malti jispikka u jiġi apprezzat permezz ta' kompożizzjonijiet oriġinali," sostniet Annabelle Stivala.

Iċ-Chairman ta' Mużika Mużika Raymond Bugeja stqarr li, “Ir-rispons pożittiv għal dan il-festival jidher ċar, kemm mill-messaġġi fuq il-mezzi soċjali kif ukoll mill-bejgħ tal-biljetti. Din is-sena kellna wkoll żieda fis-sottomissjonijiet, b'total ta' 149 applikazzjoni, kemm minn artisti stabbiliti kif ukoll dawk emerġenti. Dan huwa prova ċara tal-kalibru għoli li rnexxielu jilħaq Mużika Mużika."

Id-Direttur Artistiku ta' Mużika Mużika Mro Paul Abela qal li bħal kull sena, dan il-festival ser joffri tliet serati ta' mużika Maltija tal-ogħla livell. Meta tkellem dwar il-kanzunetti li hemm preparati għal din is-sena, huwa sostna li l-istandard tal-kanzunetti qiegħed dejjem jitjieb.

Din l-edizzjoni ta' Mużika Mużika ser tiġi ppreżentata minn Keith Demicoli, Clare Agius, u Moira Delia, tul it-tliet serati. Din is-sena il-festival ser ikun qed jospita lil Kantera, filwaqt li għall-finali bħala mistiedna speċjali ser jospita lil Kurt Calleja u Ira Losco. Apparti minn hekk ser ikun hemm il-perteċipazzjoni ta' diversi artisti stabbiliti fis-serata tal-klassiċi li ser jidwettaw mas-semifinalisti.

Mużika Mużika ser isir fl-MFCC Ta' Qali bejn it-23 u l-25 ta' Marzu 2023, u ser jixxandar b'mod dirett fuq Television Malta. Għall-biljetti u aktar informazzjoni żur muzikamuzika.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru l-aħħar dettalji ta’ MUŻIKA MUŻIKA
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru l-aħħar dettalji ta’ MUŻIKA MUŻIKA
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow