STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Implimentat servizz ta’ Case Managment favur kura aħjar lir-residenti fil-komunità
L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) ser tibda timplimenta servizz ta' Case Management bil-għan li jiġi pprovdut aktar appoġġ lil persuni li jgħixu fil-komunità. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha attenda l-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela.
Permezz ta' dan is-servizz se jkun hemm tnaqqis fl-ammont ta' persuni li jiddaħħlu l-isptar jew fi djar residenzjali. Ġie spjegat li dan is-servizz se jinkludi Case Manager li se jkun qed jikkoordina u jipprovdi kura ffukata fuq il-bżonnijiet tal-klijent fil-komunità. Dan billi anke jassisti lill-klijent biex jibbenefika minn servizzi oħra, bħas-servizzi tar-Respite, kif ukoll minn servizzi pprovduti minn entitajiet oħra bħad-Dipartiment tal-Kura Primarja.
Ġie spjegat ukoll li persuni li ma jistgħux joħorġu minn djarhom u għandhom mard kroniku u kundizzjonijiet kumplessi; persuni li qed jesperjenzaw diffikultà sabiex ikampaw mal-kundizzjoni tagħhom; persuni li qegħdin jiddaħħlu l-isptar ta' sikwit; fost oħrajn, se jkunu eliġibbli għas-servizz ta' Case Manager.
Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Jo Etienne Abela sostna l-importanza ta' dan is-servizz li se jkompli jassigura l-aqwa kura fil-komunità. Huwa rrimarka wkoll li każijiet kumplessi li jaqgħu taħt il-kriterji msemmija, jiġu diskussi bejn il-maniġment u l-professjonist, sabiex jinbeda servizz ta' Case Management fuq il-każ, wara li jitwettaq l-ewwel assessjar fid-dar tal-klijent. Il-professjonist flimkien mal-klijent u l-familja, jagħmlu pjan ta' kura sabiex tiġi ppjanata l-assistenza meħtieġa.
Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-AACC Dr Renzo De Gabriele spjega li tobba u/jew professjonisti jistgħu jirreferu klijenti li jeħtieġu valutazzjoni ħolistika fil-komunità mit-tim tal-CommCare permezz tal-applikazzjoni tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u jimmarkaw “Domiciliary Nursing" jew inkella billi jċemplu fuq 22589393.
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en