Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija Mahmoud Thabit Kombo jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta

pr230361
Date Icon 09/03/2023

Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija Mahmoud Thabit Kombo ippreżenta l-Ittri ta' Kredenzjali tiegħu lill-President George Vella fil-Palazz tal-Gran Mastru, fil-Belt Valletta.

Il-President Vella laqa' lill-Kummissarju Għoli għal Malta u esprima t-tama għal aktar kooperazzjoni mat-Tanzanija matul il-mandat tiegħu. Il-President irrefera għar-relazzjoni kostruttiva ħafna bejn it-Tanzanija u l-UE u l-isforzi li qegħdin isiru biex jitrawmu l-kummerċ u t-tkabbir. Fakkar ukoll li Malta nediet l-Istrateġija tagħha għall-Afrika f'Jannar tal-2020 li tirrifletti approċċ innovattiv għall-Afrika u li, flimkien mal-ftuħ tal-ewwel ambaxxati sub-Saħarjani tagħna fil-Ghana u l-Etjopja, tikkonsolida l-impenn ta' Malta biex isservi ta' pont bejn il-kontinenti. Il-kooperazzjoni multilaterali, qal il-President Vella, għadha qiegħda tiġi implimentata b'mod effettiv permezz tal-Commonwealth u l-proġetti tagħha mmirati lejn il-ġlieda kontra l-effetti tat-tibdil fil-klima.

Il-Kummissarju Għoli Mahmoud Thabit Kombo esprima l-apprezzament ta' pajjiżu għall-kontribut li qiegħda tagħti Malta għall-bini tal-kapaċità f'għadd ta' setturi importanti bħad-diplomazija u l-istudji dwar il-liġi marittima. Diversi studenti għamlu l-istudji terzjarji ta' speċjalizzazzjoni tagħhom f'Malta b'riżultati eċċellenti, u dan huwa ta' benefiċċju kbir għall-awtoritajiet Tanzanin. Huwa ta ħarsa ġenerali lejn it-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż, l-aktar bis-saħħa tal-profil turistiku b'saħħtu ħafna fir-reġjun. Fir-rigward tas-sostenibbiltà, Malta hija mudell li t-Tanzanija qiegħda tqis dejjem aktar, b'mod partikolari għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-plastik u għar-riċiklaġġ fl-aktar sens wiesa'.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija Mahmoud Thabit Kombo jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija Mahmoud Thabit Kombo jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija Mahmoud Thabit Kombo jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija Mahmoud Thabit Kombo jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija Mahmoud Thabit Kombo jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow