Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tan-Nepal, Gyan Chandra Acharya, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta

PR230360
Date Icon 09/03/2023

L-Ambaxxatur tan-Nepal, Gyan Chandra Acharya, ippreżenta l-Ittri ta' Kredenzjali tiegħu lill-President George Vella fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt Valletta.

Il-President Vella osserva li minkejja d-distanzi, ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi ngħataw spinta f'dawn l-aħħar snin. Huwa rrefera għall-komunità Nepaliża mdaqqsa f'Malta, u qal li l-kontribut tagħhom għat-tkabbir ekonomiku u n-nisġa soċjali huwa apprezzat ferm. Il-President żied jgħid li Malta tappoġġja r-relazzjoni tal-UE man-Nepal permezz ta' impenn reċiproku għall-valuri demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali. Huwa ħeġġeġ lill-Ambaxxatur javviċina istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ f'Malta matul il-mandat tiegħu.

L-Ambaxxatur Acharya ta ħarsa ġenerali tal-pjanijiet tiegħu biex jissaħħu r-relazzjonijiet ma' Malta f'setturi partikolari, b'mod speċjali fl-edukazzjoni u t-turiżmu. Fir-rigward ta' dan tal-aħħar, in-Nepal iħares mill-qrib lejn kif is-settur tat-turiżmu f'Malta żviluppa b'suċċess tul is-snin. L-Ambaxxatur osserva li Malta u n-Nepal għandhom l-istess impenn qawwi ħafna lejn il-multilateraliżmu permezz ta' inizjattivi u proġetti konkreti, b'mod speċjali fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti. Huwa faħħar lil Malta għall-ħidma li qiegħda twettaq matul il-mandat tagħha bħala Membru mhux Permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li beda f'Jannar tal-2023.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tan-Nepal, Gyan Chandra Acharya, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tan-Nepal, Gyan Chandra Acharya, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tan-Nepal, Gyan Chandra Acharya, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tan-Nepal, Gyan Chandra Acharya, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tan-Nepal, Gyan Chandra Acharya, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow