Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Investiment ta’ €25 miljun biex jiġi ffurmat irmiġġ kontinwu ġdid tul il-mollijiet ta’ Pinto 4 u 5 u Lascaris Wharf

PR230355
Date Icon 08/03/2023

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura, u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia żar ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa bħala parti minn proġett ta' €25 miljun biex jiġu estiżi l-mollijiet ta' Pinto 4 u 5 u jsir il-bini mill-ġdid tax-xatt ta' Lascaris. Dan l-investiment se jifforma rmiġġ kontinwu ġdid fiż-żewġ żoni.

Dan l-irmiġġ il-ġdid ta' 350 metru tul il-mollijiet ta' Pinto 4 u 5 flimkien max-xatt ta' Lascaris se jintroduċi spazju ta' rmiġġ addizzjonali li bħalissa huwa tant meħtieġ fil-Port il-Kbir. Dan il-proġett se jkun qed itejjeb l-effiċjenza ta' dan il-port filwaqt li lill-awtoritajiet marittimi lokali se jkun qed jipprovdilhom ferm aktar flessibbiltà u disponibbiltà biex jiġu użati mollijiet oħra fl-istess żona.

Waqt iż-żjara, il-Ministru Farrugia tenna kif “dan il-proġett huwa turija ċara ta' kif ix-xogħol li twettaq Infrastructure Malta jmur lil hinn minn ħidma infrastrutturali fuq l-art. Dan il-proġett huwa kruċjali biex inkomplu nagħtu spinta 'l quddiem lill-Port il-Kbir li intant, se joffri wkoll spinta lill-ekonomija lokali hekk kif issa se jkollna l-abbiltà li nilqgħu bastimenti akbar."

Ġie spjegat ukoll li l-estensjoni taż-żona l-ġdida tal-moll se tkun qed issir fuq medda ta' 5,200 metru kwadru. Il-moll se jkollu l-kapaċità li jirmiġġa bastimenti sa tul ta' 320 metru u sa 10 metri fond fil-baħar.

Dan il-proġett ta' €25 miljun jinkludi t-tqegħid ta' pjattaformi ta' 200 metru u t-tiswija ta' strutturi eżistenti. L-aġenzija se tkun qed tipproteġi wkoll il-ħitan tal-baħar eżistenti u dawk ġodda, permezz tat-tqegħid ta' materjal speċjali li se jservi ta' protezzjoni mill-kurrent u l-ħsara mill-ilma baħar. L-aġenzija se tagħmel ukoll tibdiliet fil-wiċċ tal-art biex taċċerta li l-ilma maħmuġ ma jinġabarx, flimkien ma' xogħol ġenerali ieħor ta' pavimentar. Se jsiru wkoll numru ta' faċilitajiet oħra, fosthom l-installazzjoni ta' diversi ċnut biex jiġi limitat l-aċċess fejn mhux suppost, u sistema ġdida ta' dawl permezz tal-installazzjoni ta' arbli ġodda.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Investiment ta’ €25 miljun biex jiġi ffurmat irmiġġ kontinwu ġdid tul il-mollijiet ta’ Pinto 4 u 5 u Lascaris Wharf
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Investiment ta’ €25 miljun biex jiġi ffurmat irmiġġ kontinwu ġdid tul il-mollijiet ta’ Pinto 4 u 5 u Lascaris Wharf
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Investiment ta’ €25 miljun biex jiġi ffurmat irmiġġ kontinwu ġdid tul il-mollijiet ta’ Pinto 4 u 5 u Lascaris Wharf
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow