Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Malta tirċievi l-ewwel pagament ta’ €52.3 miljun taħt l-RRF

pr230352
Date Icon 08/03/2023

Malta rċeviet l-ewwel pagament ta' €52.3 miljun f'għotjiet taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF).

Il-Kummissjoni Ewropea għaddiet dan il-pagament wara li pajjiżna wettaq il-miri u r-riformi maqbula mal-Kummissjoni Ewropea. Il-pagamenti taħt l-RRF huma bbażati fuq il-prestazzjoni u jiddependu fuq l-implimentazzjoni tal-investimenti u r-riformi deskritti fil-pjanijiet rispettivi tagħhom għall-Irkupru u r-Reżiljenza mill-istati membri.

B'kollox pajjiżna laħaq 19-il stadju u mira importanti li jinkludu miżuri importanti bħall-adozzjoni ta' strateġija biex jitnaqqas l-iskart permezz tar-riċiklaġġ fis-settur tal-kostruzzjoni, l-introduzzjoni ta' faċilitajiet ghall-uffiċini li jippermettu lill-impjegati taċ-ċivil jaħdmu bir-remote working, riformi biex tingħata spinta lir-riċerka u l-investimenti industrijali, strateġija nazzjonali kontra l-frodi u l-korruzzjoni, riformi għad-diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja u ħatriet ta' mħallfin u maġistrati addizzjonali fil-Qrati ta' Malta.

Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri qal li dawn il-fondi huma xhieda tal-ħidma kbira li wettqet Malta biex jiġu implimentati numru ta' proġetti li qegħdin jgħinu b'mod konkret lill-pajjiżna. “Il-€52.3 miljun mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li għaddew lill-pajjiżna se nkomplu nużawhom biex inkomplu nagħmlu d-differenza fil-ħajja ta' kuljum tan-nies u fl-istess ħin ikollna ekonomija aktar reżiljenti," qal il-Ministru Silvio Schembri.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett fakkar kif f'Jannar li għadda l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen faħħret il-ħidma tal-Gvern Malti u tat ċertifikat pożittiv għall-ħidma u l-isforzi li wettaq pajjiżna. “Kommessi li bil-pagament ta' €52.3 miljun mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza nkomplu nutilizzaw dawn il-fondi bit-twettiq ta' aktar proġetti u investiment għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin filwaqt li nibqgħu nagħmlu l-bidliet li hemm bżonn," qal Dr Bonett.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow