Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi jieħu l-ġurament bħala t-tieni Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika

pr230351
Date Icon 08/03/2023

Il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi ħa l-ġurament tal-ħatra bħala t-tieni Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika waqt ċerimonja li tmexxiet mill-President ta' Malta George Vella fil-Palazz ta' Sant'Anton.

Il-President Vella rrimarka li lil hinn mill-każijiet individwali, il-kariga ta' Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika għandha rwol kruċjali biex tkompli tiżviluppa l-kultura ta' skrutinju, li hemm bżonn tissaħħaħ aktar fostna.

Waqt id-diskors tiegħu, il-President Vella fakkar li l-oqsma li se jopera fihom Dr Azzopardi bħala Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika huma delikati u sensittivi għax iqarrbuh mill-viċin lejn ix-xena politika ta' pajjiżna. “Fil-qadi tad-dmirijiet tiegħek, sabiex tiddetermina seħħewx atti illegali, abbużi tal-poter jew ksur tal-etika ser jintalbu minnek integrità u indipendenza assoluta, li jserrħu wkoll fuq stħarriġ dettaljat u fattwali," qal il-President Vella.

Il-pedamenti u l-prospetti għal xogħol sfiq fil-futur qarib qegħdin hemm, grazzi għar-riżultati miksuba minn dan l-uffiċċju, żied jgħid il-President, waqt li għamel referenza għall-istudju li ppubblikat il-Kummissjoni Ewropea ftit tal-ġranet ilu bit-titlu Handbook of Good Practices in the Fight Against Corruption, li fl-ambitu tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tisħiħ tat-trasparenza fl-Unjoni Ewropea, isemmi b'mod pożittiv ħafna l-ħidma tal-Kummissarju għall-Istandards ta' Malta.

“Jidher ukoll li l-uffiċċju kiseb rispett fuq livell internazzjonali hekk kif kemm il-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea jirreferu għar-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu minn żmien għal żmien. Dan kollu huwa ta' ġieħ għat-tħaddim tal-istituzzjonijiet ta' pajjiżna," osserva l-President Vella, waqt li awgura li x-xogħol fix-xhur u s-snin li ġejjin ikompli jibni b'mod kostanti fuq ir-riżultati u l-livelli li rajna s'issa.

Il-President Vella temm jgħid li meta l-parametri kontra kull abbuż ikunu stabbiliti u ċari, u l-infurzar ikun ekwu u b'saħħtu, wieħed iktar iħoss li jista' jaqdi lil pajjiżu fil-qasam politiku mingħajr ebda biża' u bis-serenità kollha.

Preżenti għaċ-ċerimonja tal-ħatra kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, u l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi jieħu l-ġurament bħala t-tieni Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi jieħu l-ġurament bħala t-tieni Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi jieħu l-ġurament bħala t-tieni Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi jieħu l-ġurament bħala t-tieni Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi jieħu l-ġurament bħala t-tieni Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow