Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Imħallef Emeritu Joseph Zammit Mckeon jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Ombudsman

pr230350
Date Icon 08/03/2023

L-Imħallef Emeritu Joseph Zammit Mckeon ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Ombudsman waqt ċerimonja li tmexxiet mill-President ta' Malta George Vella fil-Palazz ta' Sant'Anton.

Il-President Vella qal li, kif stajna nsegwu lkoll tul is-snin, minn mindu ġiet fis-seħħ il-liġi tal-Ombudsman fl-1995, kien hemm numru konsiderevoli ta' applikazzjonijiet għal investigazzjonijiet imressqa mill-pubbliku lil dan l-uffiċċju. “Din hija turija ta' kemm il-poplu inġenerali rabba fiduċja f'din l-istituzzjoni, u jħares lejha bħala mezz ta' rimedju kważi awtomatiku fejn u meta jkun hemm suspett ta' deċiżjonijiet inġusti u/jew interpretazzjoni żbaljata tal-liġi. Din l-istess fiduċja trid tkompli tissaħħaħ permezz tad-doveri li jaqdi l-Ombudsman, li għandhom ikomplu jitwettqu b'integrità u professjonalità, bla ebda favuri jew żbilanċ," stqarr il-President.

Fid-diskors tiegħu, il-President Vella osserva li bil-ħolqien ta' diversi Ombudsmen għal funzjonijiet speċifiċi kompla jikber u jespandi x-xogħol tal-uffiċċju f'oqsma kruċjali bħalma huma s-saħħa, l-ambjent u l-ippjanar u l-edukazzjoni. Il-President qal li l-Uffiċċju tal-Ombudsman jeħtieġ li jevolvi id f'id mal-isfidi ġodda li jinbtu b'ċerta flessibilità, filwaqt li jżomm bis-sħiħ mal-prinċipji u l-valuri li fuqhom jistrieħ. Żied jgħid li “dan huwa bilanċ bżonjuż biex ikollna governanza tajba, li tilħaq u tasal għand kulħadd. Ħafna drabi jridu jittieħdu deċiżjonijiet kuraġġużi, li mhux dejjem ser jintgħoġbu minn kulħadd."

“Nittama li taħt it-tmexxija tiegħek Sur Ombudsman, l-uffiċċju tiegħek ikun ħajt tal-kenn għal min għal xi raġuni jew oħra m'għandux l-għodda, il-fakultà jew saħansitra s-saħħa li jikkumbatti u jegħleb l-inġustizzji," temm jgħid il-President.

Preżenti għaċ-ċerimonja tal-ħatra kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, u l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Imħallef Emeritu Joseph Zammit Mckeon jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Ombudsman
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Imħallef Emeritu Joseph Zammit Mckeon jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Ombudsman
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Imħallef Emeritu Joseph Zammit Mckeon jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Ombudsman
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Imħallef Emeritu Joseph Zammit Mckeon jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Ombudsman
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Imħallef Emeritu Joseph Zammit Mckeon jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Ombudsman
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow