Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET Parkeġġ ġdid għar-residenti ta’ Birżebbuġa għas-sajf li ġej

pr230348
Date Icon 07/03/2023

Waħda mill-problemi li jaffaċċjaw ir-residenti ta' Birżebbuġa, b'mod speċjali fis-sajf, hija n-nuqqas ta' parkeġġ. Iżda din il-problema se tkun qiegħda tittaffa, hekk kif ix-xogħol fuq il-parkeġġ il-ġdid ta' 'l fuq minn 400 karozza mill-Freeport miexi ġmielu. Dan qalu l-Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet Silvio Schembri waqt li żar ix-xogħlijiet f'dan il-parkeġġ.

Kif jitlesta l-parkeġġ, dan se jgħaddi lill-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa għall-użu tar-residenti. Huwa tenna li dan huwa l-mod pożittiv kif il-Korporazzjoni tgħin lill-komunità ta' Birżebbuġa, f'dan il-każ b'investiment ta' €3.2 miljun.

Dan il-parkeġġ, li mistenni jkun lest sal-bidu ta' dan is-sajf, qed jinbena fuq art ta' 'l fuq minn 5,000 metru kwadru u huwa maqsum fuq tliet sulari, b'żewġ sulari minnhom se jkunu qegħdin jintużaw mir-residenti.

“L-importanza ta' dan il-port għall-ekonomija ta' pajjiżna hija rikonoxxuta minn kulħadd, iżda bħala gvern aħna kommessi li naraw li l-komunità ta' Birżebbuġa tgħix b'mod seren. Il-Korporazzjoni fil-fatt twettaq diversi proġetti ta' corporate social responsibility fil-lokalità, fosthom bl-iskema fil-passat tad-double glazing u għajnuniet lill-għaqdiet sportivi tal-lokal. Dan il-parkeġġ huwa l-akbar  proġett ta' Corporate Social Responsibility li se jagħmlu użu minnhu r-residenti ta' Birżebbuġa," qal il-Ministru Silvio Schembri.

Il-Ministru semma kif il-Freeport se tkun qed tinvesti fi proġett ta' shore-to-ship biex b'hekk ikun qed jitnaqqas b'mod drastiku t-tniġġis fl-akwata. Semma wkoll il-proġett tal-isquaring off tal-Freeport, proġett ta' €103.8 miljun li se jwassal biex dan il-port ikun aktar kompetittiv. “Iżda, fl-istess ħin ma nsejniex lir-residenti. Fil-fatt il-Freeport irrinunzja mid-dritt li jinstalla cranes fl-aktar parti viċin in-nies, kif ukoll li attività ta' roll-on roll-off ma tistax issir matul il-lejl u fis-sigħat bikrin ta' filgħodu," temm jgħid il-Ministru Schembri.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Freeport David Magro qal li f'dan il-parkeġġ se jkun hemm ukoll spazji għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u charging pillars għall-karozzi elettriċi. Huwa rringrazzja wkoll lill-Projects Plus li qed jibnu dan il-parkeġġ.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET Parkeġġ ġdid għar-residenti ta’ Birżebbuġa għas-sajf li ġej
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET Parkeġġ ġdid għar-residenti ta’ Birżebbuġa għas-sajf li ġej
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow