STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Dr Lydia Abela tinnota avvanzi marbuta mal-gender pay gap iżda tirrimarka għal ħtieġa ta’ iżjed qabżiet ’il quddiem
F’indirizz li għamlet f’għeluq konferenza bit-tema ‘Are we there yet?’ imtella’ fil-binja tal-Kamra tal-Kummerċ, mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela sostniet li flimkien nistgħu nġibu bidla soċjali, kulturali u anki ekonomika biex ma nittolleraw l-ebda tip ta’ diskriminazzjoni.
Fil-konferenza organizzata minn Vassallo Group lejlet il-Jum Internazzjonali għan-Nisa, Dr Abela nnutat li pajjiżna mexa ’l quddiem f’dak li għandu x’jaqsam mad-differenza fis-salarji bejn nisa u rġiel, dik magħrufa bħala l-gender pay gap. Filwaqt li saħqet li pajjiżna għad fadallu x’jaqdef f’dan ir-rigward, innutat kif id-differenza fil-pagi niżlet għal 10% u taħt il-medja Ewropea, madankollu rrimarkat li rridu nibqgħu naħdmu lejn ugwaljanza totali.
Lydia Abela semmiet ukoll il-ħtieġa ta’ iżjed parteċipazzjoni tan-nisa f’oqsma marbuta max-xjenza, it-teknoloġija u l-inġinerija fost oħrajn. Qalet li huwa meħtieġ li jkollna iżjed nisa jaħdmu f’oqsma marbuta mal-innovazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali, setturi tal-preżent u l-futur.
Fl-indirizza tagħha, Dr Abela rreferiet ukoll għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala realtà diffiċli fis-soċjetà u laqgħet aktar passi biex tiġi miġġielda din l-isfida soċjali. Hawn semmiet ukoll l-irwol ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fejn fuq l-aġenda hemm it-tema favur ugwaljanza bejn is-sessi.
Dr Lydia Abela qalet li stakeholders differenti huma importanti li jkomplu jiġu flimkien fl-emanċipazzjoni tal-mara u biex aktar nisa jkunu fil-qalba tad-deċiżjonijiet f’soċjetà aktar ugwali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en