AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott ma għandux jintuża minħabba li nstabu livelli elevati ta' Primary Aromatic Amines wara analiżi ta' migrazzjoni.
Primary Aromatic Amines huma sustanzi kimiċi li jistgħu jemigraw fl-ikel minn oġġetti li jintużaw f'kuntatt mal-ikel (speċjalment dawk l-oġġetti li huma magħmulin minn plastik iswed). Dawn is-sustanzi jistgħu ikunu ta' riskju għas-saħħa.
| Deskrizjoni tal-prodott | Kuċċarun tan-nylon iswed | ||
| Ditta: | Anilar | ||
| Referenza tal-lott: | WTKT475B | ||
| Oriġini | Ċina (impurtat mill-Portugal) | ||
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
PR230344en + photos
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en