Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL 266 tifel u tifla qegħdin jgħixu ma’ familja permezz tal-fostering

PR230337
Date Icon 06/03/2023

Fil-preżent, 266 tifel u tifla qed jgħixu ma' familja, dan wara li jkunu għaddew minn proċess ta' fostering u qed jingħataw trobbija u mħabba li t-tfal kollha jixraqilhom li jkollhom. Fl-aħħar 5 snin, kien hemm medja ta' 30 foster placement, bil-għan li jkun hemm aktar fiż-żmien li ġej, sabiex jitqajjem iktar għarfien dwar il-fostering.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt it-tnedija ta' kampanja li tħeġġeġ aktar il-fostering u li qed titmexxa mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS).

Il-Ministru Falzon tkellem dwar kif il-gvern baqa' kontinwament isaħħaħ diversi miżuri li jgħinu lill-foster carers u lill-familji tagħhom. Huwa semma wkoll li ttieħdu diversi passi importanti favur familji li qed jiffosterjaw u li jixtiequ jadottaw it-tifel jew it-tifla, li jkunu taħt il-ħarsien tagħhom. Hawn ġie spjegat li l-foster care allowance jibqa' jingħata lill-familji li jadottaw lit-tifel jew lit-tifla li jkunu ffosterjaw, bl-allowance jonqos gradwalment fuq perjodu ta' 4 snin, jew sakemm it-tifel jew it-tifla jagħlqu 21 sena.

B'żieda ma' dan, il-familja li tkun qed tadotta, xorta waħda tkun intitolata għal għotja ta' rifużjoni fuq l-ispejjeż relatati mal-adozzjoni lokali, li bħalissa tlaħħaq sa €1,000; kif ukoll mill-pagament tal-benefiċċji tat-tfal, f'każ ta' adozzjoni ta' tfal taħt is-16-il sena.

“Kommessi li nkomplu l-ħidma tagħna fis-settur tant importanti tal-fostering. Ejja nkomplu nagħtu ambjent, għożża u mħabba ta' familja lil kull tifel u tifla. Fl-istess waqt inkomplu nsaħħu l-livell u l-faċilitajiet fir-residenzi tat-tfal f'pajjiżna li huma wkoll qed jagħtu trobbija pożittiva", temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL 266 tifel u tifla qegħdin jgħixu ma’ familja permezz tal-fostering
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow