Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA: Pożizzjoni komuni dwar il-migrazzjoni bejn l-istati membri Med5

pr230333
Date Icon 04/03/2023

Waqt is-summit Med5 li sar illum f'Malta, il-ministri tal-intern, tal-migrazzjoni u tal-ażil ta' Malta, tal-Greċja, tal-Italja u ta' Spanja, u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Intern ta' Ċipru, ħames pajjiżi li jaqsmu l-istess realtajiet u sfidi fejn jidħlu l-migrazzjoni ul -ażil, qablu dwar pożizzjoni komuni għall-Kunsill tal-Affarijiet Interni li se jsir il-ġimgħa d-dieħla fi Brussell.

Fis-summit li sar bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, ipparteċipaw ukoll il-ministru għall-migrazzjoni tal-Iżvezja, li bħalissa għandu l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE, u d-direttur eżekuttiv il-ġdid tal-FRONTEX.

Waqt is-summit ministerjali ta' livell għoli li sar is-Sibt filgħodu, il-ministri affermaw mill-ġdid il-pożizzjoni tagħhom biex jintlaħaq bilanċ bejn il-qsim ġust tar-responsabbiltajiet tal-istati membri u l-ħtieġa ta' solidarjetà li ttaffi b'mod effettiv il-piż fuq l-istati membri, b'mod partikolari permezz tat-twaqqif ta' qafas permanenti u mekkaniżmu obbligatorju ta' solidarjetà. Il-ministri qablu wkoll li jeħtieġ issir aktar ħidma fuq livell Ewropew biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u tiġi evitata l-migrazzjoni irregolari, bil-ħsieb li jiġi evitat it-telf ta' ħajjiet fuq il-baħar, kif ukoll l-abbuż tal-migranti mill-kuntrabandisti.

Il-ministri enfasizzaw li l-migrazzjoni irregolari hija sfida Ewropea u internazzjonali; li għandha tiġi trattata bħala tali. Għalhekk, qablu dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-oriġini u tat-tranżitu sabiex jisfaxxaw in-networks tal-kuntrabandu. Barra minn hekk, f'konformità mal-politika dwar il-migrazzjoni ta' Malta, il-MED5 qabel dwar il-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi biex jiġu ritornati dawk li ma ngħatalhomx l-ażil u ċittadini oħra ta' pajjiżi terzi li m'għandhom l-ebda dritt legali li jibqgħu fl-Unjoni, bħala pilastru ewlieni tal-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni.

Fi tmiem il-laqgħa, il-Ministru Byron Camilleri flimkien mal-Ministru Notis Mitarachi tal-Greċja, il-Ministru Matteo Piantedosi tal-Italja, il-Ministru Fernando Grande-Marlaska ta' Spanja, u Dr Costas Constantinou, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Intern ta' Ċipru, iffirmaw dikjarazzjoni konġunta. Matul il-konferenza tal-aħbarijiet li saret fi tmiem il-laqgħa, il-Ministru Camilleri enfasizza l-ħtieġa li nżidu l-isforzi tagħna fil-prevenzjoni tal-wasliet irregolari billi nindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u nipprovdu lill-pajjiżi ewlenin ta' tranżitu bir-riżorsi u l-assistenza meħtieġa fir-rigward tas-sorveljanza tal-fruntieri u l-bini tal-kapaċitajiet. Il-Ministru fakkar ukoll fl-importanza li jkun hemm sistema ta' ritorn effettiva, li tibqa' l-qofol ta' politika ta' migrazzjoni soda u ġusta.

Il-Ministru Camilleri temm jgħid li filwaqt li l-istati membri u l-UE kisbu progress fl-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari, għad irid isir ħafna aktar sabiex jiġi indirizzat dan il-fenomenu.

PR230333a.pdf

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA: Pożizzjoni komuni dwar il-migrazzjoni bejn l-istati membri Med5
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA: Pożizzjoni komuni dwar il-migrazzjoni bejn l-istati membri Med5
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow