Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-Maltin li jgħixu barra għandhom iċ-ċavetta għal relazzjonijiet bilaterali fit-tul li jibqgħu sodi f’kull żmien – il-President ta’ Malta

pr230332
Date Icon 04/03/2023

Fl-aħħar impenn taż-żjara statali fl-Irlanda, il-President George Vella u s-Sinjura Miriam Vella, flimkien mal-President tal-Irlanda, Michael D. Higgins u s-Sinjura Sabina Higgins, iltaqgħu ma’ rappreżentanti tal-komunità Maltija fl-Irlanda. “Kull fejn inżur, inħoss li wieħed mill-aktar mumenti sinifikanti taż-żjara jkun dak li jlaqqagħni mal-komunitajiet ta’ Maltin ’il bogħod minn xtutna”, qal il-President.

Il-President Vella enfasizza l-importanza li jagħti lir-relazzjonijiet bejn il-popli. “Minbarra l-formalitajiet, il-ftehimiet u l-laqgħat uffiċjali, intom - il-familji tagħkom, l-imprendituri, il-professjonisti fl-oqsma differenti, l-istudenti - għandkom iċ-ċavetta għal relazzjonijiet bilaterali fit-tul li jibqgħu sodi f’kull żmien,” stqarr il-President. Fl-indirizz tiegħu lill-Maltin li jgħixu fl-Irlanda, il-President Vella faħħar il-kontribut tagħhom biex tkompli tissaħħaħ il-ħbiberija dejjiema bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-President indirizza lill-komunità Maltija bl-ilsien Malti u ħeġġiġhom biex kemm jista’ jkun possibbli, ma jinsewx l-ilsien Malti. “Naf li diffiċli li tipprattikawh kuljum hawnhekk, iżda komplu żommuh b’għożża u ħarsuh kemm tistgħu, speċjalment min fostkom forsi qed irabbi t-tfal u bena familja hawnhekk”, qal il-President, waqt li fakkar lill-Maltin li kull waħda u wieħed minnhom huma ambaxxaturi ta’ pajjiżna fl-Irlanda.

Din iż-żjara statali fl-Irlanda, qal il-President, “hija avveniment importanti li saħħaħ il-ħbiberija b’saħħitha ħafna li hemm fil-qalba tar-relazzjonijiet mill-qrib bejn iż-żewġ pajjiżi.” 

Il-President Higgins irringrazzja lil madwar 200 Malti li jgħixu fl-Irlanda għall-kontribut importanti tagħhom lis-soċjetà, l-ekonomija u l-kultura tal-pajjiż permezz tat-talenti u l-ħidma tagħhom u l-esperjenza rikka tagħhom.

Fl-Irlanda, il-President ta’ Malta kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-Maltin li jgħixu barra għandhom iċ-ċavetta għal relazzjonijiet bilaterali fit-tul li jibqgħu sodi f’kull żmien – il-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-Maltin li jgħixu barra għandhom iċ-ċavetta għal relazzjonijiet bilaterali fit-tul li jibqgħu sodi f’kull żmien – il-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-Maltin li jgħixu barra għandhom iċ-ċavetta għal relazzjonijiet bilaterali fit-tul li jibqgħu sodi f’kull żmien – il-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-Maltin li jgħixu barra għandhom iċ-ċavetta għal relazzjonijiet bilaterali fit-tul li jibqgħu sodi f’kull żmien – il-President ta’ Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow