Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI: Il-gvern qed jidentifika l-aqwa soluzzjonijiet għall-isfida tat-traffiku

pr230331
Date Icon 04/03/2023

Bil-għan li jindirizza l-isfidi tat-traffiku f'Malta, b'mod partikolari fir-rush hour, il-gvern qed jaħdem biex jidentifika l-aħjar prattiċi biex jiġu definiti l-benefiċċji, l-ostakli u s-soluzzjonijiet. 

Dan intqal waqt laqgħa bejn il-Ministeru għat-Trasport u l-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji fejn saret diskussjoni wiesgħa dwar dawn it-temi.

F'din il-laqgħa, il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji Abigail Mamo qalet li t-traffiku jaffettwa lill-membri kollha tagħha u għalhekk tilqa' l-konsultazzjoni wiesgħa bl-intenzjoni ċara li titjieb is-sitwazzjoni. Irrikonoxxiet li kulħadd jeħtieġ li jerfa' r-responsabbiltà, flimkien mas-settur privat, li huwa msieħeb importanti. Il-Kamra għan-Negozji Żgħar u medji hija kommessa li tipparteċipa u tikkontribwixxi bis-sħiħ f'dan il-proċess.

“Flimkien mal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji u l-imsieħba tagħhom, iddiskutejna l-proposti li qed inressqu. Hemm l-appoġġ u ideat li qed jiġu bihom u nħares 'il quddiem biex hekk kif niffinalizzaw il-proposti nkunu verament nistgħu nimplimentawhom," qal il-Ministru Farrugia. Huwa tenna li dawn il-laqgħat bit-titlu 'Deċiżjoni b'direzzjoni: djalogu dwar trasport u mobilità', immexxija mill-konsulent u akkademiku l-Profs. Gordon Sammut, mistennija jħallu l-frott hekk kif qed ikunu involuti l-partijiet interessati kollha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI: Il-gvern qed jidentifika l-aqwa soluzzjonijiet għall-isfida tat-traffiku
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI: Il-gvern qed jidentifika l-aqwa soluzzjonijiet għall-isfida tat-traffiku
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow