STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI: Il-gvern qed jidentifika l-aqwa soluzzjonijiet għall-isfida tat-traffiku
Bil-għan li jindirizza l-isfidi tat-traffiku f'Malta, b'mod partikolari fir-rush hour, il-gvern qed jaħdem biex jidentifika l-aħjar prattiċi biex jiġu definiti l-benefiċċji, l-ostakli u s-soluzzjonijiet.
Dan intqal waqt laqgħa bejn il-Ministeru għat-Trasport u l-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji fejn saret diskussjoni wiesgħa dwar dawn it-temi.
F'din il-laqgħa, il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji Abigail Mamo qalet li t-traffiku jaffettwa lill-membri kollha tagħha u għalhekk tilqa' l-konsultazzjoni wiesgħa bl-intenzjoni ċara li titjieb is-sitwazzjoni. Irrikonoxxiet li kulħadd jeħtieġ li jerfa' r-responsabbiltà, flimkien mas-settur privat, li huwa msieħeb importanti. Il-Kamra għan-Negozji Żgħar u medji hija kommessa li tipparteċipa u tikkontribwixxi bis-sħiħ f'dan il-proċess.
“Flimkien mal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji u l-imsieħba tagħhom, iddiskutejna l-proposti li qed inressqu. Hemm l-appoġġ u ideat li qed jiġu bihom u nħares 'il quddiem biex hekk kif niffinalizzaw il-proposti nkunu verament nistgħu nimplimentawhom," qal il-Ministru Farrugia. Huwa tenna li dawn il-laqgħat bit-titlu 'Deċiżjoni b'direzzjoni: djalogu dwar trasport u mobilità', immexxija mill-konsulent u akkademiku l-Profs. Gordon Sammut, mistennija jħallu l-frott hekk kif qed ikunu involuti l-partijiet interessati kollha.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en