Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ġappun ser titftaħ ambaxxata f’Malta

pr230330
Date Icon 04/03/2023

Il-Ministru għall-Affarjiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg laqa’ b’mod pożittiv il-konferma tal-allokazzjoni ta’ fondi min-naħa tal-Gvern Ġappuniż sabiex tinfetaħ ambaxxata f’Malta.

F’Settembru 2022, il-Ministru Ian Borg iltaqa' mal-Ministru tal-Affarjiet Barranin Ġappuniż Yoshimasa Hayashi fil-marġini tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda filwaqt li attenda l-funeral statali tal-eks Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe, fejn waqt din l-ewwel żjara tiegħu fil-Ġappun, il-Ministru ħa l-okkażjoni biex jagħmel diversi laqgħat bil-għan li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali ma’ dan il-pajjiż.

“Huwa ta' sodisfazzjon li l-isforz diplomatiku li sar f’dawn l-aħħar xhur sabiex titjieb ir-relazzjoni bilaterali ma’ dan il-pajjiż f’diversi oqsma beda jħalli l-frott mixtieq u konvint li bil-ftuħ tal-Ambaxxata Ġappuniża f’Malta r-relazzjonijiet bilaterali ma’ dan il-pajjiż kif ukoll il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi ħa jkollhom pjattaforma aktar b’saħħitha biex ikomplu jissaħħu fis-snin li ġejjin,” qal il-Ministru Ian Borg b’reazzjoni għal din l-aħbar. 

Id-deċiżjoni tal-Gvern Ġappuniż ġiet ukoll ikkomunikata b’mod dirett lill-Ministru Borg mill-Ministru Hayashi waqt laqgħa oħra bilaterali li kellhom iż-żewġ ministri fi New York il-ġimgħa l-oħra.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ġappun ser titftaħ ambaxxata f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow