STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Iċ-Ċentru Reġjonali ta’ Tas-Sliema ser jirriloka
PR230328
03/03/2023
servizz.gov qed jinforma lill-pubbliku li mill-10 ta' Marzu 2023 iċ-ċentru reġjonali ta' Tas-Sliema ser jibda jopera minn Triq Rudolfu eżatt fejn l-għassa tal-pulizija.
Il-ħinijiet tal-ftuħ ser jibqgħu l-istess: it-Tlieta u l-Ġimgħa mit-8.00am sas-1.00pm, b'ħinijiet estiżi nhar ta' Tlieta mill-4.30pm sas-7.00pm.
Għal ċentri oħra wieħed jista' jżur is-sit elettroniku: https://www.servizz.gov.mt/mt/Pages/Servizz/Locations/default.aspx.
Wieħed jista' wkoll jikkomunika ma' servizz.gov bl-użu tal-Freephone 153, permezz tal-live chat aċċessibbli mis-sit elettroniku www.servizz.gov.mt kif ukoll permezz tal-indirizz elettroniku servizz@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en