STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Riżultati finali u allokazzjoni ta’ sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali - Stock tal-Gvern ta’ Malta – Frar 2023
B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa Nr. 230295 ippubblikata fl-24 ta' Frar 2023, id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali li jinkludu l-allokazzjoni tas-sottoskrizzjoijiet minn investituri mhux professjonali f'kull stock.
F'dan il-ħruġ, it-Teżor irċieva is-somma totali nominali ta' €415,679,500 minn investituri mhux professjonali (retail) u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €200,000,000 soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €150,000,000.
Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali (retail)
Sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa 22 ta' Frar 2023, it-Teżor irċieva 6,302 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku fiż-żewġ Stocks tal-Gvern ta' Malta li jammontaw għal €179,179,500. Kif tħabbar nhar il-Ġimgħa 24 ta' Frar, dawn l-applikazzjonijiet li saru taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar minn qabel ġew aċċettati kollha.
It-dettalji tal-applikazzjonijiet milqugħa u l-ammont aċċettat f'kull stock hu kif jidher hawn taħt:
| Deskrizzjoni tal-iStock | Numru ta' Applikazzjonijiet | Allokazzjoni Nominali (€) |
| 3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2028 (VI) offrut lill-investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €101.25 | 3,719 | 87,927,200 |
| 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2043 (I) offrut lill- investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par) | 2,583 | 91,252,300 |
| Total ta' sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) | 6,302 | 179,179,500 |
Irkant Kompettitiv – Wholesale Investors
Sad-data tal-għeluq f'nofsinhar tal-Ġimgħa l-24 ta' Frar 2023, it-Teżor irċieva 49 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €236,500,000 li ġew allokati kif ġej:
| Deskrizzjoni tal-iStock | Numru ta' Applikazzjonijiet | Allokazzjoni Nominali (€) |
| 3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2028 (VI) offrut lill-investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €101.25 | 3,719 | 87,927,200 |
| 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2043 (I) offrut lill- investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par) | 2,583 | 91,252,300 |
| Total ta' sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) | 6,302 | 179,179,500 |
Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-iStock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en